Andre Gomes. Tfixkil minn Mourinho?

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus jistgħu jitilfu lil Andre Gomes minħabba l-gambetti ta’ Jose Mourinho. Fil-fatt Mourinho għandu l-istess agent ta’ Gomes u qed jipprova jikkonvinċih jieħu lill-midfielder ta’ Valencia ma’ Manchester United jekk verament se jkun hu (Mourinho) li jpoġġi fuq il-pankina tar-Red Devils. Matthew Scerri

Jogħla l-prezz ta’ Andre Gomes

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Spanjol ‘Deporte Valenciano’ qed jirraporta li Valencia għollew fermi l-prezz ta’ Andre Gomes. Mill-35 miljun tal-bidu tal-istaġun issa qed jitolbu saħansitra 65 miljun Ewro. Allegatament l-aġent Mendez jinsab miftiehem ma’ sid il-klabb ta’ Valencia f’dan is-sens. Valencia jridu jda ħ ħlu kemxa flus sew minn fuq Andre Gomes biex jibnu skwadra qawwija. Matthew Scerri

Marotta dwar Morata, Evra u Andre Gomes

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Juventus-Carpi, Beppe Marotta stqarr li Juventus se jagħmlu minn kollox biex jikkonvinċu lil Real Madrid iħallulhom lil Alvaro Morata. Skont Marotta, Morata jixtieq jibqa’ ma’ Juventus biss hu konvint li hekk iridu Real għandhom il-mezzi biex iġegħluh jibdel fehmtu. Dwar Evra u Andre Gomes, Marotta qal li Evra qed jaħsibha iġeddidx ma’ Juventus peress li jrid jara x’inhuma l-eżiġenzi …

L-aġent ta’ Andre Gomes ma marx l-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent Jorge Mendez ma marx l-Italja ilbieraħ kif kien mistenni. Hu minflok baqa’ Londra. Miegħu kellu jkun qed jivvjaġġa lejn l-Italja uffiċċjal ta’ Valencia biex jisimgħu l-offerta ta’ Juventus għal Andre Gomes. X’aktarx għalissa Mendez ma jridx jgħaġġel peress li jrid jara x’se jagħmel Mourinho. Fil-fatt hemm ċans tajjeb li Mourinho jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ Valencia u allura jkun irid …