Anniversarju: Tletin sena ilu rtira Platini

MatthewJuve News Leave a Comment

Tletin sena ilu bħal-lum Michel Platini kien lagħab l-aħħar partita tiegħu ma’ Juventus. Dakinhar kontra Brescia Platini mhux biss sellem lil Juventus, imma anki rtira għal kollox bħala plejer professjonistiku fl-età ta’ 32 sena. Fil-filmat t’hawn tistgħu ssibu l-intervista li Platini kien ta wara l-partita.

Anniversarju: 16/5/1982 il-kisba tat-tieni stilla ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum qed niċċelebraw l-anniversarju ta’ meta Juventus rebħu l-għoxrin kampjonat tagħhom u allura setgħu jpoġġu fuq il-flokk tagħhom. L-istaġun 1981/82 ra lil Juventus u Fiorentina jissieltu biex jirbħu l-iscudetto. Ir-rebħa tal-Bianconeri waslet proprju fl-aħħar ġurnata, li tmur lura għas-16 ta’ Mejju 1982, meta Fiorentina kienu miżmuna draw minn Cagliari, filwaqt li Juventus għelbu lil Catanzaro b’penalty skorjat minn Liam Brady, …

109 sena ilu Juventus rebħu kampjonat li qatt ma ġie rikonoxxut

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħal-lum 109 sena Juventus rebħu kampjonat li għadu sal-ġurnata tal-lum mhux rikonoxxut. Fl-1907 il-Federazione Italiana Foot-Ball (l-antenata tal-FIGC) iddeċidiet li taqsima il-kampjonat fi tnejn. F’wieħed, il-Kampjonat Taljan, setgħu jikkompetu timijiet Taljani biss, filwaqt li fil-Kampjonat Federali kien permess li tim jilgħab anki xi plejers barranin. Fil-Kampjonat Federali nkitbu tliet timijiet: Milan, Juventus u Andrea Doria. Biss ir-Rossoneri rtiraw mill-ewwel mill-kampjonat …

Anniversarju: 9/4/1905 Juventus jirbħu l-ewwel scudetto

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħal-lum 112-il sena Juventus rebħu l-ewwel kampjonat fl-istorja tagħhom. Dak iż-żmien il-kampjonat kemm ferm differenti mill-format tal-lum. It-timijiet kienu l-ewwel jilagħbu fuq bażi reġjonali u wara r-rebbieħa ta’ kull reġjun kienu jiltaqgħu kontra xulxin fil-fażi nazzjonali. Fl-1905, it-tliet timijiet li waslu sal-fażi finali kienu Juventus, Genoa u Unione Sportiva Milanese. Il-Bianconeri kisbu żewġ rebħiet fuq US Milanese u kisbu żewġ …

Anniversarju: 3/4/1896 titwieled “La Gazzetta dello Sport”

MatthewJuve News Leave a Comment

Fit-3 ta’ April 1896 ġiet ippubblikata għall-ewwel darba “La Gazzetta dello Sport”. Fir-ritratt t’hawn fuq tidher l-ewwel paġna ta’ dik l-edizzjoni. Għall-ewwel snin il-gazzetta kellha l-karta kulur aħdar u kienet titratta l-aktar iċ-ċikliżmu u t-tlielaq taż-żwiemel li tant kienu popolari. Fl-1899 il-kulur tal-karta sar roża u mill-1908 bdiet torganizza l-Giro d’Italia. Matthew Scerri