L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (8 ta’ Ġunju 2020)

MatthewJuve News Leave a Comment

Chiesa. Il-punt s’issa Tliet timijiet jidhru li huma interessati ferm li jiksbu lil Chiesa: Juventus, Inter u Manchester United. Skont La Gazzetta dello Sport, Fiorentina qed jitolbu 70 miljun għalih. Il-gazzetta La Nazione qed tikteb li Juventus ma jridux iħallsu dis-somma cash u minflok qed joffru xi plejers bi bdil miegħu: Perin, Rugani u Mandragora. Inter f’dan l-istadju jidhru li …

O.Lyon interessati f’Demiral

MatthewJuve News Leave a Comment

O.Lyon talbu lil Juventus jekk humiex disposti jbigħulhom lil Demiral. Ir-risposta kienet li Demiral ma jinsabx għall-bejgħ. Skont Tuttosport lanqas ma hu probabbli li jkun hemm bdil bejn Demiral u Aouar jew Cherki. Fil-fatt O.Lyon huwa klabb li mdorri jixtri talenti żgħażagħ bi prezz baxx u wara jbigħhom għal prezz ferm għola. Huma, insomma, imdorrijin jixtru u jbigħu mhux ipartu …

Il-prezz ta’ Aouar

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-prezz ta’ Houssem Aouar hu ta’ 50 miljun Ewro. Skont L’Equipe dan hu l-prezz li O.Lyon qed jitolbu għal Aouar. It-timijiet l-aktar interessati fih huma PSG, Juventus u Manchester City. Il-konkorrenza kbira li hemm għall-akkwist tiegħu x’aktarx se twassal biex il-prezz jogħla ferm iktar mill-50 miljun imsemmija minn L’Equipe. Matthew Scerri

Konkorrenza qawwija għal Aouar

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-konkorrenza għall-akkwist ta’ Aouar se tkun tassew qawwija das-sajf, bil-konsegwenza li l-prezz tiegħu se jogħla drastikament. The Sun qed tirraporta li tliet klabbs tal-Premier League jriduh: Arsenal, Liverpool u Manchester City. Ma’ dawn żgur hemm diversi timijiet oħra mill-aqwa kampjonati tal-Ewropa. Matthew Scerri

Aouar fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Plejer ieħor ta’ nofs il-grawnd apparti Pogba u Tonali li qed jissemma ħafna ma’ Juventus hu Houssem Aouar ta’ O.Lyon. Jidher li Juventus ilhom isegwuh għal żmien twil u segwew mill-qrib il-progressi li għamel fil-karriera tiegħu. Issa jidher li jinsab lest biex jagħmel il-qabża fi tim ta’ livell għola u Juventus lesti jagħtuh din l-opportunità. Fuqu hemm l-interess ta’ diversi …