Grazzi ta’ kollox!

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus-Verona se tkun l-aħħar partita bil-flokk abjad u iswed ta’ Juventus għal Buffon, Asamoah u Lichtsteiner. It-tlieta li huma, b’modi kompletament differenti, dejjem libsu b’unur kbir il-flokk ta’ Juventus, taw qalbhom għall-kawża Bianconera u kienu l-pilastri tas-suċċessi miksuba mit-tim Juventin. Isimhom hu mnaqqax fil-kotba tal-istorja ta’ Juventus. Grazzi ta’ kollox Gigi, Kwadwo u Stephan! Matthew Scerri

Asamoah: “Tlaqt għax kien fl-aqwa interess ta’ familti”

MatthewJuve News Leave a Comment

Kwadwo Asamoah ippubblika ittra fuq is-social media fejn spjega għalfejn se jitlaq lil Juventus. Hu kiteb li minkejja li Juventus offrewlu kuntratt ġdid, hu għażel li jingħaqad ma’ tim ieħor fl-aqwa interess ta’ familtu. This's it, a clarification of my future @juventusfc .#juventus #Asamoah #statement pic.twitter.com/4EBr1O8ZXz — Kwadwo Asamoah (@Asabob20) May 18, 2018

Asamoah allegatament ma jridx iġedded il-kuntratt ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ qed tirraporta li Juventus ressqu offerta lil Asamoah għal kuntratt ġdid magħhom ta’ tliet snin. Il-plejer mill-Ghana, però, jidher dejjem iktar orjentat lil jħalli lil Juventus. Jirriżulta li martu qed tagħmel pressjoni fuqu sabiex jibdel il-klabb. Inter huma l-aktar destinazzjoni probabbli għalih, għalkemm mhuwiex lanqas ta’ min jeskludi trasferiment fl-Ingilterra ma’ Chelsea. Matthew Scerri

Tibdil kbir mal-linji għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Kollox jindika li das-sajf se jkun hemm taqlib kbir mal-linji għal Juventus. Asamoah kważi ċert li se jitlaq, filwaqt li hu probabbli li anki Lichtsteiner u Alex Sandro jsellmu lil Juventus. Nafu li Juventus se jġibu lura lil Spinazzola, filwaqt li għandhom abbozz ta’ ftehim ma’ Darmian. Hu evidenti, però, li jekk jitlaq Alex Sandro, Juventus ikollhom bżonn full-back ieħor …

Inter jew Milan fil-futur ta’ Asamoah

MatthewJuve News Leave a Comment

Derby ta’ Milan għal Kwadwo Asamoah. Il-plejer mill-Ghana diġà sab dar fil-belt ta’ Milan hekk kif beħsiebu jħalli lil Juventus das-sajf. S’issa dejjem qrajna u smajna li hu jinsab miftiehem ma’ Inter. Madankollu l-ftehim għadu mhuwiex finalizzat u Milan qed jippruvaw iġegħluh ibiddel fehmtu sabiex jingħaqad magħhom. Matthew Scerri

Asamoah qed ifittex dar f’Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Kollox jindika li tassew Kwadwo Asamoah se jħalli lil Juventus fis-sajf biex jingħaqad ma’ Inter. Skont La Gazzetta dello Sport, il-plejer mill-Ghana qed anki jfittex dar f’Milan. L-offerta ta’ Inter qed togħġbu ħafna anki għax qed joffrulu kuntratt ta’ tliet snin b’paga għolja, filwaqt li Juventus żgur mhux se jagħtuh kuntratt daqstant twil b’dawk iċ-ċifri. Matthew Scerri