Audero mill-ewwel minuta kontra Bologna

MatthewJuve News Leave a Comment

Kontra Bologna se jkollu d-debutt mill-ewwel minuta tat-tielet gowlkiper ta’ Juventus, Emil Audero. Din hi l-ewwel darba li se nkunu qed narawh bil-flokk tal-ewwel tim ta’ Juventus, wara li s-sena li għaddiet rajnieh jiddefendi l-lasti ta’ Juventus Primavera. Kien Allegri stess li, fil-konferenza tal-aħbarijiet lejlet Bologna-Juventus, ħabbar li Audero se jibda mill-ewwel minuta kontra r-Rossoblu ta’ Donadoni. Matthew Scerri

Regoli ġodda jimponu 4 plejers tal-youths fit-tim

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-istaġun li jmiss kull tim tas-Serie A jrid ikollu minn tal-iqnas tmien plejers Taljani, li minnhom erba’ jridu jkunu kibru fil-youths tat-tim. Juventus diġà għandhom lil Marchisio. Miegħu jridu jiżdiedu tlieta oħra. Probabbli li minflok Neto jkollna lil Mirante bħala gowlkiper riserva. It-tielet gowlkiper ukoll mistenni jkun mill-youths: Pinsoglio jew Audero. Jifdal wieħed, li jista’ jkun xi ħadd bejn Marrone …

Min flok Neto u Rubinho?

MatthewJuve News Leave a Comment

Neto u Rubinho mistennija jsellmu lil Juventus fi tmiem l-istaġun. Neto, b’mod partikolari, mhuwiex kuntent li qed jilgħab tassew ftit. Min-naħa tagħhom Juventus lesti jbigħuh peress li għandu paga ta’ 2.2 miljun Ewro fis-sena. Minflokhom Juventus iridu lil Marchetti (li għandu kuntratt ma’ Lazio li jiskadi sitt xhur oħra) jew il-Brażiljan Allisson. Mhux eskluż li wara diversi snin ikun imiss …

Neto se jitħabbar malli jitlaq Storari

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ qed tbassar li malli jitħabbar li Storari ffirma ma’ xi klabb ieħor (Cagliari?), Juventus immedjatament se jagħtu l-aħbar li Neto ffirma magħhom. Dejjem skont ‘Tuttosport’ it-tielet gowlkiper se jkun Emil Audero li fl-aħħar staġun lagħab mal-Primavera ta’ Juventus. Matthew Scerri