L-Għid it-Tajjeb!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975) jixtiequ jawguraw l-Għid it-Tajjeb lill-membri, qrabathom u ħbiebhom, kif ukoll lill-qarrejja kollha ta’ din il-website. Jalla dan l-Għid ikun mument fejn wieħed jistrieħ, jieħu gost u jqatta’ ħin mill-aqwa mal-għeżież tiegħu.  

Awguri Fabio Capello

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Minn dan is-sit nawguraw l-isbaħ xewqat ta’għeluq sninu lil Fabio Capello, ex plejer u anke ex kowċ juventin li matul is-snin rebaħ u ta’ unur lil kuluri bojod u suwed. Jagħlaq 71 sena. Capello bejn is-snin 1970 u l-1976 lagħab 165 logħba ma’Juventus (u skorja wkoll 27 gowl), rebaħ 3 Scudetti u kien membru fundamentali ta’ tim glorjuż li kien …

Awguri mill-President u l-Kumitat

MatthewJuve News Leave a Comment

F’ismi bħala President u f’isem sħabi tal-Kumitat tal-Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975) nixtieq nirringrazzja lir-rekord ta’ membri li tawna il-fiduċja tagħhom u lill-iSponsors li bis-saħħa tagħhom insebbħu u nimmodernizaw il-klabb. Min qalbi nixtieq nawguralkom Sena Ġdida mimlija Saħħa, Ġid u Kuntentizza u fuq kollox aktar u aktar suċċessi Bianconeri. S’intendi bħal dejjem dalwaqt inħabbru sorpriża oħra għall-membri tagħna 😉☺☺ Awguri …

Awguri Mister Allegri !

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Il-Juventus , il-club tagħna flimkien mas-supporters kollha juventini jawguraw l-isbaħ xewqat lil-kowċ tagħna Massimiliano Allegri fl-okkażjoni ta’għeluq żmienu. Allegri kien ħa post (mhux mingħajr polemiċi) lil Antonio Conte fl’Lulju 2014 u kien kolonna fondamentali għar-rebħ ta’ żewġ Scudetti , 2 Coppa Italia , SuperCoppa Taljana. Filwaqt li f’Ġunju 2015 wasal sal-Final taċ-Champions League ġo Berlin kontra Barcellona.  

Awguri lin-nisa kollha!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jixtieq jawgura l-festa t-tajba lin-nisa kollha. Kburin li l-Club tagħna jara parteċipazzjoni attiva tan-nisa, li jsegwu b’imħabba kbira lit-tim Juventin. Il-Club tagħna kellu mara fil-kumitat sa mill-ewwel sena tal-ħajja tiegħu u tul is-snin kellna x-xorti li naraw il-kontribut ta’ diversi nisa fi ħdan il-Kumitat. Barra minn hekk hemm storja kbira ta’ …

Awguri!

MatthewJuve News 1 Comment

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jawguraw is-Sena t-Tajba lill-membri kollha, il-qraba tal-membri, il-qarrejja ta’ din il-website u lis-supporters Juventini kollha tal-gżejjer Maltin. Jalla l-2015 tkun sena mimlija suċċessi u sodisfazzjonijiet kemm fil-ħajja privata, kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mat-tim Juventin.   Nota: min irid jista’ jħalli hawn taħt il-messaġġ ta’ awgurju tiegħu!

Awguri!

MatthewJuve News Leave a Comment

Nawguraw Milied Hieni, mimli paċi u mħabba, lill-membri kollha tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) u lill-qarrejja kollha ta’ din il-website. Jalla dan il-Milied ikollkom l-opportunità li tirrilassaw u tqattgħu mumenti mill-isbaħ flimkien mal-għeżież tagħkom. Matthew Scerri Nota: Inħeġġukom sabiex anki intom tibagħtu l-messaġġi ta’ awgurju tagħkom billi tagħmlu użu mill-ispazju pprovdut hawn taħt.  

Messaġġ ta’ awguri mis-Segretarju tal-Club

MatthewJuve News Leave a Comment

Għeżież Membri, Reġgħet għaddiet sena oħra ta’ impenn minn fuq dan il-Club. Sena ta’ ħidma kontinwa biex b’hekk stajna inwasslu u nagħtu kif jixraq lill-membri tagħna l-aħjar servizz possibli kemm b’organizzazjoni ta’ diversi attivitajiet, qadi ta’ biljetti għall-valur tal-prezz oriġinali kif ukoll modernizzar, manutenzjoni u tisbieħ tal-premises tal-Club. Għas-sena 2015 li fiha ser niċċelebraw l-40 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Juventus Club …

Awguri!

MatthewJuve News Leave a Comment

F’ismi bħala President u għan-nom ta’ sħabi nixtieq nawgura Milied mill-aqwa u sena ġdida mimlija saħħa, ġid u kuntentizza lill-membri tagħna, lis-segwaċi ta’ din il-wesbite u b’mod speċjali lil sponsors u l-familji ta’ kulħadd .. AWGURI! Joseph Fenech