Attakk qawwi minn omm Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Omm Ronaldo, Dolores Aveiro tkellmet fi tmiem attività li nżammet f’Madeira, il-Portugall. Qed ikun irrapurtat li hi sostniet li binha Cristiano seta’ rebaħ iktar Blalen tad-Deheb li kienu fil-futbol ma teżistix dik li hi sejħet mafja. Skontha Ronaldo ġie mċaħħad minn xi Blalen tad-Deheb minħabba l-manuvri minn taħt li saru. Matthew Scerri

Ronaldo: “Sibuli plejer li tal-età tiegħi jilgħab fi klabb tal-livell ta’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lil France Football, Cristiano Ronaldo stqarr li fil-karriera ta’ plejer hu importanti li “wieħed ikollu t-talent. Imbagħad irid jaħdem ħafna għax xejn ma jaqa’ mis-sena. L-objettiv tiegħi hu li nibqa’ żgħir aktar ma nikber, li nibqa’ kompetittiv. Għiduli bi plejer tal-età tiegħi li jilgħab f’tim tal-livell ta’ Juventus.” Ronaldo ammetta wkoll li “kien għalija nilgħab biss il-partiti l-aktar …

Ronaldo u De Ligt fost il-kandidati għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb

MatthewJuve News Leave a Comment

Tħabbret il-lista ta’ 30 plejer kandidat għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb 2019. Fil-lista hemm żewġ plejers ta’ Juventus: De Ligt u Ronaldo. Il-lista sħiħa hi magħmula minn: 1) Sadio Mané 2) Sergio Agüero 3) Frenkie De Jong 4) Hugo Lloris 5) Dušan Tadić 6) Kylian Mbappé 7) Trent Alexander-Arnold 8) Donny van de Beek 9) Pierre-Emerick Aubameyang 10) Marc-André ter Stegen 11) Cristiano Ronaldo 12) Alisson 13) Matthijs de Ligt 14) Karim Benzema 15) Georginio Wijnaldum …

16-il sena ilu Nedved rebaħ il-Ballun tad-Deheb

MatthewJuve News Leave a Comment

16-il sena ilu Pavel Nedved rebaħ il-Ballun tad-Deheb. Kien proprju fit-22 ta’ Diċembru 2003 li Nedved rebaħ l-ogħla premju għal plejer tal-futbol fix-xena internazzjonali. Kien premju għas-sena 2003 tassew mill-aqwa li kellu Nedved. Hu kien il-leader ta’ Juventus, tant b’saħħtu li meta ma lagħabx il-Finali taċ-Champions League għax sospiż, il-Bianconeri spiċċaw tilfu dik it-tazza. Matthew Scerri

Ballun tad-Deheb 2018. Ivvota anki ġurnalist li ma jeżistix

MatthewJuve News Leave a Comment

Skandlu marbut mal-votazzjoni għall-Ballun tad-Deheb 2018. Fil-fatt fil-listi uffiċjali ta’ France Football dwar il-votazzjoni, hemm imniżżel l-isem tal-ġurnalist Abdou Boina tal-gazzetta Albalad Comore. Uffiċjal mill-Għaqda tal-Ġurnalisti tal-Gżejjer Comore stqarr li dal-ġurnalist ma jeżistix, filwaqt li Albalad Comore ilha madwar sitt snin ma toperax. Apparti dan il-każ, fuq Twitter deher tweet ta’ ġurnalist minn Trinidad & Tobago, Lasana Liburd li sostna …

Dybala u Buffon fost in-nominati għall-Ballun tad-Deheb 2017

MatthewJuve News Leave a Comment

Dybala u Buffon huma l-plejers Juventini fost it-30 plejer nominati għall-Ballun tad-Deheb 2017. Magħhom irridu nżidu anki lil Bonucci li lagħab l-ewwel parti tas-sena bil-flokk ta’ Juventus. Il-lista sħiħa ta’ plejers nominati hi magħmula minn: 1 – Dybala (Juventus) 2 – Marcelo (Real Madrid) 3 – Neymar (PSG) 4 – Modric (Real Madrid) 5 – Kantè (Chelsea) 6 – Mertens (Napoli) 7 – Oblak (Atletico Madrid) 8 – …

Buffon ħaqqu l-Ballun tad-Deheb!

MatthewJuve News 1 Comment

Id-dinja Juventina tinsab mill-ġdid magħquda titlob il-Ballun tad-Deheb għal dak il-plejer leġġendarju li jġib l-isem ta’ Gigi Buffon. Fl-Italja imma speċjalment fl-Ewropa dis-sena Buffon reġa’ kellu staġun tal-ġenn, wara karriera mill-isbaħ mimlija unuri, talent u klassi. Nemmnu li jkun xieraq li finalment issir ġustizzja miegħu u jirbaħ il-Ballun tad-Deheb! Mill-2008 ‘l hawn il-Ballun tad-Deheb saru qisu trofew li għalih jikkompetu …