Chiellini joħodha kontra Balotelli u Felipe Melo

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġimgħa d-dieħla se jkun għall-bejgħ il-ktieb ta’ Giorgio Chiellini, Io, Giorgio fejn kellu kliem tassew iebes fil-konfront ta’ Mario Balotelli u Felipe Melo. Fi kliem Chiellini, Balotelli hu “persuna negattiva, bla ebda rispett lejn il-grupp.” B’mod partikolari ftakar li fil-Confederations Cup tal-2013 Balotelli ma tax l-iċken kontribut lit-tim u żied: “Ħafna kien jqisuh, dak iż-żmien, fost l-aqwa ħamsa tad-dinja, imma …

Raiola jikkonferma l-interess ta’ Juventus f’Balotelli

MatthewJuve News Leave a Comment

Mistieden waqt programm ta’ Rai Sport, Mino Raiola tkellem dwar il-futur ta’ Mario Balotelli. Hu qal: “Mario lest jiġi lura l-Italja. Hu matur u hu mal-aqwa għaxar attakkanti tad-dinja. Fl-Italja hu l-aqwa wieħed. Jiswa 100 miljun Ewro, biss bħalissa hu b’xejn u allura hu deal tajjeb ħafna. Diġà qed nitkellem ma’ ħafna klabbs fl-Ingilterra u fl-Italja. Tkellimt ma’ Juventus, Roma, …

Marotta jiċħad l-għidut dwar Balotelli u De Vrij

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-intervista li tradizzjonalment Marotta jagħti qabel il-partita, id-DĠ ta’ Juventus tkellem dwar il-mercato Juventin. Filwaqt li kkonferma li Juventus se jagħmlu minn kollox biex jiksbu lil Emre Can, Marotta ċaħad l-għidut dwar De Vrij u Balotelli. Hu mhux biss sostna li Juventus mhux qed ifittxu plejers fil-pożizzjoni tagħhom, imma anki wasal jgħid li dik ta’ Balotelli hi bufala (storja vvintata …

Balotelli se jitlef Juve-Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Mario Balotelli se jkollu jitlef Juventus-Milan ta’ nhar is-Sibt. Fil-fatt se ssirlu operazzjoni biex jgħaddilu l-uġigħ marbut mal-‘pubalgia’. Balotelli kien ilu mis-27 ta’ Settembru barra mill-azzjoni minħabba dan l-uġigħ. Matthew Scerri

Il-misteru taż-żjarat ta’ Raiola

MatthewJuve News Leave a Comment

Għat-tielet darba f’temp ta’ ftit jiem, Mino Raiola llum reġa’ kien Vinovo. Hemm misteru sħiħ dwar ir-raġuni għalfejn hu qed imur Turin. ‘ Tuttosport’ tirraporta li hu jista’ jkun li qed isegwi l-każ ta’ Pogba mill-qrib. Barra minn hekk jista’ jkun ukoll li hu qed jinnegozja ma’ Juventus l-akkwisti ta’ Mkhitaryan jew Balotelli. Mhux eskluż lanqas li hu veru li …