View this post on Instagram A look 🔙 at @andreabarzagli15's 1° goal in ⚪⚫ Where were you that day? 😍⚽ #FinoAllaFine #ForzaJuve A post shared by Juventus (@juventus) on Aug 19, 2020 at 11:00am PDT
Barzagli mhux se jirritorna ma’ Juventus
Skont Tuttosport Andrea Barzagli mhux se jkun qed jifforma parti mill-iStaff Tekniku ta’ Andrea Pirlo. Fl-aħħar sigħat kien hemm bosta għidut li Barzagli kien se jieħu lura l-post li ħalla ftit tax-xhur ilu. Madankollu dan jidher li mhux se jseħħ. Probabbli Barzagli xorta waħda għadu jrid li jkollu aktar ħin liberu xi jqatta’ mal-familja tiegħu. Matthew Scerri
L-ewwel indikazzjonijiet dwar l-iStaff Tekniku
Andrea Pirlo f’dawn is-sigħat qed jaħdem flimkien ma’ Paratici u Cherubini sabiex jifforma l-iStaff Tekniku li se jkun qed jgħinu f’din l-avventura bħala kowċ ta’ Juventus. Bħala Viċi tiegħu kien qed jissemma Roberto Baronio, biss issa jidher li kollox inbidel u filwaqt li Baronio xorta se jkun parti mill-iStaff Tekniku, probabbli li l-Viċi se jerġa’ jkun Martusciello. Claudio Filippi se …
Grosso jew Barzagli għall-Under 23
Juventus iridu issa jsibu kowċ ieħor għat-tim Under 23. Post Pirlo x’aktarx se jkun offrut lil Fabio Grosso jew inkella lil Andrea Barzagli. Dan għallinqas hu dak li qed ikun irrapurtat mill-media Taljana. Matthew Scerri
Barzagli jispjega: “Irrid nagħti aktar ħin lill-familja”
View this post on Instagram Ho deciso di fare una scelta di vita. È stata una scelta di cuore! Non per questo non sofferta. Ma sentivo l’esigenza di vivere maggiormente la mia famiglia che, silenziosamente in tutti questi anni, ha appoggiato e accompagnato le mie scelte professionali. Ho scelto di privilegiare, oggi, una famiglia a dispetto di un’altra, la Juventus, …
Barzagli telaq lil Juventus!
Qed ikun irrapurtat li Andrea Barzagli għażel li ma jibqax jifforma parti mill-istaff tekniku ta’ Sarri. Hu telaq wara biss ftit xhur. Mhux magħruf x’wassal biex ħa din id-deċiżjoni. Probabbli li Barzagli għandu prijoritajiet oħra apparti jaħdem fid-dinja tal-futbol. Matthew Scerri
Uffiċjali: Barzagli lura ma’ Juventus
L-aħbar hi issa uffiċjali: Barzagli rritorna ma’ Juventus. Hu se jkun qed jifforma parti mill-istaff tekniku ta’ Sarri u minn għada stess se jkun fil-Continassa għall-ewwel sessjoni ta’ training. Matthew Scerri
Barzagli mhux se jkun qed jaħdem flimkien ma’ Sarri
Andrea Barzagli reġa’ bdielu. Skont La Gazzetta dello Sport hu mhux se jkun qed jifforma parti mill-istaff tekniku ta’ Sarri b’għażla personali. Allegatament Juventus tawh il-faċilità li jkun jista’ jingħaqad magħhom matul l-istaġun jew inkella s-sena d-dieħla. Matthew Scerri
Illum is-Sarri Day?
Skont Sky u l-gazzetti ewlenin tal-isports fl-Italja hu imminenti ferm li Juventus iħabbru lil Sarri bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom. Fil-fatt hu maħsub li sal-lejl Chelsea se jgħarrfu uffiċjalment lil Sarri li jista’ jqis lilu nnifsu maħlul mill-kuntratt magħhom. Hekk hu jkun jista’ jiffirma għal Juventus. Skont Di Marzio llum Sarri sejjer Londra biex jiffirma d-dokumenti tar-rilaxx min-naħa ta’ Chelsea. Dejjem …