Milan iridu anki lil Benatia u Pjaca

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn dak li qed naqraw fuq il-gazzetti Taljani, jidher li Juventus u Milan reġgħu saru alleati fis-suq tat-trasferimenti. Ilbieraħ Marotta kellu laqgħa personali f’Milan. Huma tkellmu ovvjament dwar Higuain, Bonucci u Caldara. Jirriżulta anki li Milan jistgħu jkunu interessati f’Benatia u Pjaca. Fis-sigħat li ġejjin mistennija jkun hemm aktar żviluppi dwar dan kollu. Matthew Scerri

Benatia lura Turin wara li temm il-vaganzi

MatthewJuve News Leave a Comment

Mehdi Benatia llum irritorna Turin sabiex jibda jaħdem għall-istaġun li jmiss. Hu kellu ftit jiem iktar ta’ vaganzi minħabba l-impenji mal-Marokk fit-Tazza tad-Dinja. Online Benatia nnifsu u anki Pjanic xandru ritratti u filmat tagħhom it-tnejn hekk kif iltaqgħu wara l-vaganzi. Matthew Scerri

Tmien plejers jistgħu jitilqu lil Juventus biex jagħmlu tajjeb għall-akkwist ta’ Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Tuttosport l-akkwist ta’ Ronaldo jaf ifisser anki t-tluq ta’ diversi plejers sabiex Juventus ikunu jistgħu jibqgħu fil-parametri tal-Fair Play Finanzjarju. Tuttosport qed issemmi tmien plejers li jistgħu jħallu lil Juventus: Alex Sandro, Benatia, Higuain, Marchisio, Pjaca, Pjanic, Rugani u Sturaro. Ilkoll flimkien dawn jistgħu jfissru dħul ta’ madwar 300 miljun Ewro, somma li tkopri l-investiment għal Ronaldo. Matthew Scerri

Benatia lura Turin!

MatthewJuve News Leave a Comment

Mehdi Benatia jinsab lura Turin u llum rawh jixtri flokk ta’ Juventus mill-Juventus Store. Hemm l-għidut li hu jista’ jkun li mar Turin sabiex jitkellem mad-diriġenza Bianconera dwar il-futur tiegħu. Benatia għandu diversi offerti tajbin minn barra l-Italja. Matthew Scerri

Benatia: “Fadalli sentejn kuntratt ma’ Juventus però …”

MatthewJuve News Leave a Comment

Mehdi Benatia reġa’ kellu l-opportunità li jitkellem dwar Juventus. Hu qal: “Mill-klabb ma rċevejt l-ebda telefonata. Fadalli sentejn kuntratt u f’Turin ninsab tajjeb. Però fl-età ta’ 31 sena trid issaqsi lilek ċerta affarijiet. Juventus se jixtru plejers ġodda biex isaħħu lit-tim. Issa naraw. Se nitkellem mad-diriġenti. Jekk nibqa’ nkun kuntent.” Matthew Scerri