Paratici jara fl-azzjoni diversi plejers waqt Fiorentina-Sassuolo

MatthewJuve News Leave a Comment

Aktar kmieni dil-ġimgħa Fabio Paratici mar Firenze jassisti għall-partita Fiorentina-Sassuolo. Jidher li hu mar jara fl-azzjoni lil Demiral, lil Berardi u lil Sensi. Kollha kemm hu plejers li ilhom jiġu segwiti minn Juventus. S’issa, però, ma nafux b’negozjati għall-akkwist ta’ dawn il-plejers. Ovvjament dakinhar segwa mill-qrib anki lil Chiesa. Matthew Scerri

Berardi b’feriti f’siequ … imma għall-antijuventini hi biss skuża!

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħas-soltu l-antijuventini m’għandhomx biex jehdew. Online hemm dibattitu sħiħ b’ħafna spekulazzjonijiet wara li ħarġet l-aħbar li Berardi x’aktarx jitlef il-partita kontra Juventus tal-Ħadd li ġej. Skonthom Berardi dejjem iġib skuża biex ma jilgħabx kontra Juventus. Ħasra, imma, Cannvaro tella’ ritratt ta’ sieq Berardi b’qatgħa pjuttost fonda u allura l-ispekulazzjonijiet tal-anitjuventini qed jaqgħu waħdihom. Matthew Scerri

Berardi jispjega għalfejn ma ġiex ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn “La Gazzetta dello Sport”, Domenico Berardi spjega li fis-sajf li għadda iktar milli qal ‘le’ lil Juventus, hu qal ‘iva’ lil Sassuolo. Hu ried jibqa’ magħhom peress li kienu se jilagħbu fl-Europa League. Fl-istess ħin qal li ħassu li kien qed ikun imġiegħel minn Juventus biex jingħaqad magħhom u dan ma għoġbux, anki għax kien jaf li ma’ …

Berardi jrid imur ma’ Inter

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont “Il Corriere dello Sport” Berardi jrid iħalli lil Sassuolo biss biex jingħaqad ma’ Inter, it-tim li hu kien supporters tiegħu minn età ċkejkna. Jekk din l-aħbar tkun konfermata, iseħħ l-akbar tradiment fil-konfront ta’ Juventus wara snin jiġru warajh u jinvestu fih meta ħadd iktar ma kien jemmen partikolarment fih. Matthew Scerri

Juventus m’għadhomx iridu lil Berardi?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilna ftit ma nisimgħu isem Berardi assoċjat ma’ Juventus. L-għidut hu li l-Bianconeri xejn ma ħadu gost bl-atteġġament ta’ Berardi fis-sajf li għadda u issa mhux disposti jonfqu 40 miljun Ewro għalih kemm qed jitolbu Sassuolo. F’dan is-sens irridu nsemmu li issa jidher li l-attenzjoni ta’ Juventus donnha daret fuq Bernardeschi li jixbaħ ħafna lil Berardi fl-istil ta’ logħob tiegħu. …

Midfielder u attakkant estern fost l-objettivi Juventini

MatthewJuve News Leave a Comment

Bis-sistema l-ġdid ta’ logħob x’aktarx se jinbidlu l-objettivi tal-mercato Juventin għas-sajf. Qed ikun imbassar li Juventus se jixtru midfielder ta’ klassi u attakkant estern. F’nofs il-grawnd l-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Tolisso u Verratti. L-attakkant estern jista’ jkun wieħed minn Berardi, Bernardeschi u Alexis Sanchez. Matthew Scerri

Berardi. Juventus ikomplu jsegwuh

MatthewJuve News Leave a Comment

Domenico Berardi rritorna għall-azzjoni wara waqfa twila minħabba injury. Mill-ewwel kellu impatt tajjeb fuq it-tim tiegħu. Kif nafu Juventus ilhom snin jikkontrollaw lil dan il-plejer u hu dejjem iktar konvinti li jiksbuh għat-tim tagħhom. Il-konkorrenza ta’ Inter hi qawwija, biss Juventus jistgħu jafdaw fuq relazzjonijiet mill-aqwa ma’ Sassuolo. Berardi hu fil-fatt imwiegħed lil Juventus u nittamaw li fl-istaġun li jmiss …

Tliet Taljani oħra fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Dan l-aħħar donnu kulħadd tħajjar li jibni tim madwar plejers Taljani. Juventus ilhom snin b’din il-filosofija u se jkompli jaħdmu f’dan is-sens. Wara li laħqu ftehim għal Caldara, issa se jippruvaw jakkwistaw tliet talenti oħra: Gagliardini (Atalanta), Verratti (PSG) u Berardi (Sassuolo). Ir-relazzjonijiet tajba ma’ Atalanta u Sassuolo jistgħu jgħinu lil Juventus jiksbu lil Gagliardini u Berardi. Verratti, mill-banda l-oħra, …