Posts

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Ottubru)

Fl-20 ta’ Ottubru 1996 Juventus lagħbu f’darhom kontra Inter u rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Dakinhar Zinedine Zidane kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għall-15 ta’ Ottubru 1972 f’partita tas-Serie A bejn Juventus u Lazio. Dakinhar Chinaglia u Bettega sabu x-xibka għal skor finali ta’ 1-1.

Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Ottubru)

Lura għall-passat meta proprju bħal-lum fl-1962 Juventus għelbu f’darhom lil Bologna bl-iskor ta’ 3-1.

Bħal-lum fil-passat (2 ta’ Ottubru)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura għas-sena 1949 meta Juventus għelbu lil Milan f’San Siro bl-iskor ta’ 0-1. Il-gowl tar-rebħa kien ġie skurjat dakinhar minn Martino.