Aħbarijiet tal-Calciomercato (17 ta’ Ġunju 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Isla ma’ Fiorentina Juventus x’aktarx sabu tim għal Mauricio Isla. Fiorentina, fil-fatt, iriduh b’saħħa. Juventus m’għandhom l-ebda objezzjoni li jagħtuhulhom. Erbgħa jridu lil Storari Tliet timijiet tas-Serie A u wieħed tas-Serie B iridu jiksbu s-servizzi ta’ Marco Storari. It-timijiet huma: Bologna, Fiorentina, Frosinone u Cagliari. Falcao b’self ma’ Chelsea Il-media Ingliża qed tirraporta li hemm ftehim bejn Monaco u Chelsea …

Marotta impenjat f’qasam ieħor ukoll

MatthewJuve News Leave a Comment

F’dawn l-aħħar ftit jiem tas-suq tat-trasferimenti tax-xitwa, Marotta jrid jaħdem anki sabiex isib tim ġdid lil xi talenti żgħażagħ li Juventus għandhom f’idejhom. Marorne jinsab fil-mira ta’ Udinese, Empoli u Sampdoria, li jfisser li hu se jibqa’ fis-Serie A. Boakye mill-banda l-oħra għandu offerti minn Parma, Cesena u Evian. L-attakkant Rossetti li Juventus silfu lil Atalanta, mistenni jibdel it-tim sabiex …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (29 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Storari segwit minn Cagliari F’tentattiv iddisprat li jsalvaw l-istaġun tagħhom, Cagliari tefgħu għajnejhom fuq Marco Storari. Huma jridu l-esperjenza tiegħu sabiex iqumu fuq saqajhom. Diffiċli però li Juventus iħalluh jitlaq f’Jannar. Kramaric sejjer l-Ingilterra Il-futur ta’ Andrej Kramaric se jkun fil-Premier League Ingliża. Fil-fatt Juventus jidhru li dawru ħarsithom fuq plejers oħra. Leicester u Chelsea huma l-klabbs li għadhom iriduh. …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (27 ta’ Diċembru)

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-prezz ta’ Gaitan L-aġent tal-istilla ta’ Benfica, Gaitan, iddikjara li min irid jikseb is-servizzi tiegħu jrid iħallas il-35 miljun Ewro tal-penali sabiex jinħall mill-kuntratt tiegħu. Munoz għadu ma ġeddidx Id-difensur Munoz għadu ma jistax isib ftehim ma’ Palermo dwar il-kuntratt il-ġdid tiegħu. Hu maħsub li hu ma jridx jiffirma kuntratt il-kuntratt il-ġdid peress li jaf li hemm Milan u Juventus …