Kuntatt għal Boateng

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli t-tfittxija ta’ difensur ġdid min-naħa ta’ Juventus. Tuttosport qed tirraporta li sar kuntatt ma’ Bayern Munich għal Jerome Boateng. Fl-età ta’ kważi 31 sena hu jidher lest li jitlaq lil Bayern u jibda esperjenza ġdida. Matthew Scerri

Boateng jiswa wisq!

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-jiem li għaddew kien hemm l-għidut li Juventus kienu interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Jerome Boateng. Issa, skont Il Corriere dello Sport, Bayern Munich qed jitolbu somma bejn 50 u 60 miljun Ewro għalih. Matthew Scerri

Juventus qed ifittxu difensur ċentrali

MatthewJuve News Leave a Comment

L-indikazzjonijiet huma li Juventus qed ifittxu difensur ċentrali ġdid. Nafu bl-interess f’Boateng, De Ligt u Godin. Ilna nisimgħu dwarhom. Issa jidher li Juventus talbu xi informazzjonijiet anki dwar Lindelof ta’ Manchester United u Stefan Savic ta’ Atletico Madrid. Kollha huma plejer li Juventus ilhom isegwu ħafna u minn dejjem esprimew stima kbira fihom. Matthew Scerri

Juventus interessati f’Boateng

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta Bild qed tirraporta li Juventus huma interessati f’Jerome Boateng ta’ Bayern Munich. Dis-sena jidher li se jkun hemm taqlib kbir fi ħdan Bayern, b’diversi plejers li se jitilquhom. Fost dawn jista’ jkun hemm Boateng. Juventus huma interessati ferm u qed isegwi kif se tevolvi dis-sitwazzjoni. Matthew Scerri

Boateng lest jitlaq lil Bayern Munich

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-Ġermanja huma konvinti li Boateng irid jitlaq lil Bayern Munich hekk kif m’għadux daqstant ċert minn postu mal-ewwel ħdax ta’ Bayern. Ancelotti jidher li qed jippreferi jilgħab b’difensuri oħra li għandu fit-tim u allura Boateng lest jitlaq lil Bayern anki biex ma jitlifx postu mat-tim nazzjonali. Juventus qed tissemma bħala destinazzjoni probabbli għalih. Interessanti li Boateng għandu paga ta’ 4.7 …