Illum jew għada testijiet mediċi għal Pogba u Bonucci

MatthewJuve News Leave a Comment

Bejn illum u għada, mar-ritorn tagħhom l-Italja, it-tobba ta’ Juventus għandhom jinviżtaw lil Pogba u Bonucci. L-ewwel wieħed hu dak li l-iktar qed jippreokkupa peress li rajnieh ħiereġ mill-grawnd bid-dmugħ f’għajnejh. Bonucci, mill-banda l-oħra, qala’ daqqa fi spalltu lejn tmiem il-partita u deher muġugħ ftit mhux ħażin. Matthew Scerri

Il-100 rebħa għal Bonucci ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Dik kontra Palermo kienet ir-rebħa numru 100 f’154 partita tas-Serie A bil-flokk ta’ Juventus għal Leonardo Bonucci. Illum hu wieħed mill-plejers l-iktar rappreżentattivi ta’ Juventus u wieħed minn dawk li rari jfalli partita mal-Bianconeri. Matthew Scerri

Bonucci. 150 partita fis-Serie A ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Leonardo Bonucci lagħab il-150 partita tiegħu fis-Serie A bil-flokk ta’ Juventus. Dik kontra Cesena ma kinitx xi wirja tajba min-naħa tiegħu. Hu xorta se jibqa’ jiftakar din il-partita peress li biha laħaq din iċ-ċifra hekk importanti fil-karriera tiegħu. Matthew Scerri

Il-200 partita ta’ Bonucci ma’ Juventus

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Illum kontra Chievo, Leonardo Bonucci lagħab il-200 partita tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Minn dawn 147 partita kienu fil-kampjonat, 13 fil-Coppa Italia, 3 fis-Super Cup tal-Italja, filwaqt li s-37 partita logħba l-oħra kienu tat-tazzi Ewropej. Konvinti li Bonucci se jkompli jilgħab għal ħafna snin ma’ Juventus u allura din iċ-ċifra se tikber ħafna iktar minn hekk. Matthew Scerri

Bonucci mistieden fuq ‘Filo Diretto’

MatthewJuve News Leave a Comment

Leonardo Bonucci kien l-ewwel mistieden fuq il-programm ta’ JTv, ‘Filo Diretto’. Hu wieġeb għad-domandi li sarulu mis-supporters Bianconeri. Din li ġejja hi traskrizzjoni sħiħa, kelma b’kelma, ta’ dak kollu li stqarr. Buon anno Leo. “Buon anno a tutto il popolo juventino”. Sono giorni di lavoro. Come stai? “Sto bene, è normale che questi primi due giorni di lavoro sono stati …