Borriello ma marx Turin mat-tim ta’ Cagliari

MatthewJuve News Leave a Comment

Marco Borriello ma ġiex mgħajjat għall-partita t’għada, Juventus-Cagliari. Jidher li Borriello jrid jitlaq lil Cagliari wara li kellu xi jgħid mal-kowċ Rastelli li qalgħu mill-grawnd fil-partita tal-Coppa Italia. Jista’ jagħti l-każ li Borriello u Rastelli tant iġġieldu li issa l-attakkant Taljan irid jitlaq lil Cagliari. Matthew Scerri

Cagliari f’Turin b’diversi eks-plejers

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi eks-plejers ta’ Juventus illejla se jkunu qed jilagħbu ma’ Cagliari. Qabelxejn hemm żewġ idoli tas-supporters fl-aħħar snin: Padoin u Storari. Kienu żewġ riservi ta’ kwalità li dejjem taw qalbhom għat-tim kull darba li l-kowċ bagħathom fil-grawnd. Eks-plejer ieħor hu Marco Borriello, protagonist tal-ewwel scudetto tal-era Conte, anki jekk it-tifikra tiegħu mas-supporters mhix xi waħda kbira. Ir-raba’ u l-aħħar eks-plejer …