Brignoli, il-gowlkiper li skurja kontra Milan!

MatthewJuve News Leave a Comment

L-eroj tal-ġurnata hu mingħajr dubju l-gowlkiper Alberto Brignoli li skurja l-gowl li bih Benevento kisbu d-draw ma’ Milan u ħadu l-ewwel punt fis-Serie A. Brignoli, tajjeb infakkru, hu gowlkiper li Juventus dis-sena silfu lil Benevento. Hu mhuwiex l-ewwel gowlkiper Taljan li sab ix-xibka. Qablu kienu skurjaw Rampulla, Taibi u Amelia. Matthew Scerri

Brignoli u dik l-imbierka ċikkulata

MatthewJuve News Leave a Comment

Alberto Brignoli se jingħaqad b’self ma’ Perugia. Is-supporters ta’ Perugia xejn ma huma kuntenti peress li madwar sena u nofs ilu hu ma riedx imur ma’ Perugia u kien qal “Iċ-ċikkulata ma togħġobnix” (Perugia hi magħrufa għall-produzzjoni ta’ ċikkulata). Nawgurawlu li bil-wirjiet fil-grawnd jagħraf jirbaħ is-simpatija tas-supporters Perugini. Matthew Scerri

Min flok Neto u Rubinho?

MatthewJuve News Leave a Comment

Neto u Rubinho mistennija jsellmu lil Juventus fi tmiem l-istaġun. Neto, b’mod partikolari, mhuwiex kuntent li qed jilgħab tassew ftit. Min-naħa tagħhom Juventus lesti jbigħuh peress li għandu paga ta’ 2.2 miljun Ewro fis-sena. Minflokhom Juventus iridu lil Marchetti (li għandu kuntratt ma’ Lazio li jiskadi sitt xhur oħra) jew il-Brażiljan Allisson. Mhux eskluż li wara diversi snin ikun imiss …