Caceres mhux se jingħaqad ma’ Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Martin Caceres mhux se narawh lura fl-Italja. Minkejja li għadda mit-testijiet mediċi, hu rrifjuta l-offerta li saritlu minn Milan. F’dan l-istadju hu probabbli li hu jkompli l-karriera fir-Russja jew iċ-ĊIna fejn qed joffrulu kuntratt aħjar minn dak tar-rossoneri. Matthew Scerri

Caceres għadu bla klabb u jinfired mill-aġent

MatthewJuve News Leave a Comment

Martin Caceres għadu bla klabb u qed ikun rappurtat li kisirha mal-eks aġent tiegħu Daniel Fonseca. Caceres qed iwaħħal f’Fonseca li għadu ma sabx klabbs peress li kien qed jitlob wisq. Kienu anki t-talbiet kbar ta’ Fonseca li wasslu biex Juventus ma jsibux ftehim miegħu għall-kuntratt il-ġdid. Matthew Scerri

Caceres jirritorna ma’ Juventus?

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi siti online qed jirrapurtaw li Martin Caceres jista’ jirritorna ma’ Juventus. Hu bħalissa jinsab bla klabb u qed jirkupra mill-injury gravi li sofra aktar kmieni din is-sena. X’aktarx se jkun jista’ jirritorna għall-azzjoni lejn tmiem Ottubru. Juventus iriduh lura peress li Rugani għandu xahar u nofs barra, filwaqt li Benatia se jkun impenjat fit-Tazza tal-Afrika f’Jannar. Matthew Scerri

Caceres għadu bla klabb

MatthewJuve News Leave a Comment

Martin Caceres għadu ma sabx klabb. Il-problema prinċipali hi li hu qed jitlob paga li ħafna kalbbs ma jaffordjawx. Bħalissa jingħad li qed jittrenja f’Como jistenna li tasallu offerta tajba. Hemm anki kwistjoni marbuta mal-injury tiegħu, fis-sens li l-klabbs li jriduh iridu jkunu ċerti li rkupra għal kollox mill-injury gravissimu li kellu. Matthew Scerri

Caceres kien taħt rikatt?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetti “La Stampa” u “Libero” żvelaw li jista’ jkun li Martin Caceres kien taħt rikatt. Fil-fatt hemm recording ta’ telefonata f’dan is-sens fl-inkjest dwar l-‘Ndragheta u d-dinja tal-ultras Biaconeri. Fit-telefonata hemm security ta’ Juventus jgħid li f’Vinovo ppreżenta ruħu raġel li ried akkost ta’ kollox ikellem diriġent Juventin minħabba li Martin Caceres kellu relazzjoni ma’ bintu li kienet għadha taħt …

Caceres sejjer ma’ Roma

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ qed jagħtu l-aħbar li l-aġent ta’ Caceres sab ftehim ma’ Roma. Dan ifisser li mis-sena d-dieħla Caceres se jibda jifforma parti mit-tim ta’ Roma. Huma għelbu l-konkorrenza ta’ Napoli u Inter. Matthew Scerri