Restyling mal-linji

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus x’aktarx se jkollhom bżonn restyling mal-linji hekk kif Caceres u Cuadrado wisq probabbli se jħallu lill-Bianconeri, filwaqt li Evra għadu ma ddeċidiex jekk huwiex se jibqa’ jew le. Hemm diversi ismijiet li qed isiru. Mal-lemin Juventus iridu lil Danilo ta’ Real Madrid u De Sciglio ta’ Milan. Fuq il-linja l-oħra hem interess f’Masina (Bologna) u Lazaar (Palermo). Matthew Scerri

Anki Roma jiltaqgħu mal-aġent ta’ Caceres

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent ta’ Caceres għadu qed jagħmel minn kollox biex jieħu lid-difensur Urugwajan ma’ xi tim ieħor tas-Serie A. Wara Napoli, issa jidher li kellu kuntatti anki ma’ Roma. Fil-fatt “La Gazzetta dello Sport” qed tirraporta li kien hemm laqgħa f’Milan bejn l-aġent u Sabatini ta’ Roma. Matthew Scerri

Caceres. L-aġent ikompli jaqla’ l-inkwiet!

MatthewJuve News Leave a Comment

Daniel Fonseca, l-aġent ta’ Martin Caceres, qed jagħmel minn kollox sabiex Napoli jieħdu lid-difensur Urugwajan ta’ Juventus li għandu kuntratt li jintemm f’Ġunju li ġej. Kif konna ktibna diġà Caceres irid jibqa’ ma’ Juventus, biss l-aġent tiegħu qed jipprova jieħdu ma’ tim ieħor. Ir-raġuni hi li Marotta, ġustament, lest iħallas lil Fonseca l-commission għat-tiġdid tal-kuntratt u mhux dik (għola) ta’ …

Caceres jitkeb fuq Instagram wara l-operazzjoni

MatthewJuve News Leave a Comment

Messaġġ minn Martin Caceres fuq is-social networks wara l-injury u l-operazzjoni li kellu jgħaddi minnha. Hu kiteb: «Ringrazio quelli che mi stanno vicino! Amici, compagni, famiglia, tifosi e principalmente Daniel Fonseca e mia Moglie! Spiace finire la stagione così, sempre ho onorato questa maglia dal primo giorno che sono arrivato, La vita continua e sempre lotteremo per tornare prima, più …

Irnexxiet l-operazzjoni ta’ Caceres

MatthewJuve News Leave a Comment

Dalgħodu saret l-operazzjoni lil Martin Caceres. Operah il-Professur Flavio Quaglia fil-‘Clinica Fornaca di Sessant’. L-intervent irnexxa u, minn stqarrija uffiċjali ta’ Juventus FC, naqraw li Caceres mistenni jirkupra f’temp ta’ ħames xhur. Matthew Scerri

Juve se joffru kuntratt ġdid lil Caceres

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘La Gazzetta dello Sport’ Juventus se juru l-appoġġ tagħhom lil Martin Caceres billi joffrulu sena oħra kuntratt. Hekk hu jkun jista’ jirkupra bil-mod mill-injury tiegħu u jilħaq ukoll ikollu l-opportunità li jirbaħ il-fiduċja biex jibqa’ anki fis-snin ta’ wara. Matthew Scerri