Juve u Bayern jitkellmu anki fuq plejers oħra

MatthewJuve News Leave a Comment

In-negozjati bejn Juventus u Bayern Munich ma jirrigwardawx biss lil Arturo Vidal. Il-Ġermaniżi jridu b’saħħaa anki lil Kinsgley Coman. Fl-istess ħin Juventus jinsabu interessati ferm f’Benatia u Gotze ta’ Bayern. Probabbli li n-negozjati jistgħu jwasslu biex ikun hemm trasferimenti kemm lejn il-Ġermanja, kif ukoll fid-direzzjoni ta’ Turin. Matthew Scerri

Kif tista’ tinbidel il-Juventus bit-tluq ta’ Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-bejgħ ta’ Vidal jista’ jiftaħ it-triq għall-akkwist ta’ plejer ta’ fama. Marotta qed jikkunsira li jixtri bil-flus ta’ Vidal lil Mario Gotze jew inkella Cuadrado. Jista’ jagħti l-każ li l-flus jiġu investiti fl-akkwist ta’ Isco jew Oscar. Barra minn hekk se jkun hemm investimenti oħra li potenzjalment jistgħu jseħħu: Alex Sandro, Draxler, Ozil, Praet u De Bruyne. Matthew Scerri

Iktar dwar in-negozjati ta’ Bayern Munich għal Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-moħħ wara n-negozjati ta’ Bayern Munich għal Arturo Vidal hu d-Direttur Sportiv il-ġdid tal-klabb Ġermaniż, Michael Reschke. Dan kienet l-istess persuna li xtrat lil Vidal għal Bayer Leverkusen. Minn dak li qed jiġi rappurtat jidher li hemm ċans tajjeb li n-negozjati jkollhom eżitu pożittiv fuq il-bażi ta’ 40 miljun Ewro. Bayern iridu lil Vidal għax għadhom kemm biegħu lil Schweinsteiger. …

Bayern Munich qed jippruvaw jixtru lil Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Bayern Munich qed jinnegozjaw l-akkwist ta’ Arturo Vidal. Il-gazzetti u l-websites qed jirrapurtaw li l-aġent Felicevich jinsab il-Ġermanja biex jitkellem ma’ Bayern li qed joffru paga ta’ 6 miljuni fis-sena lill-midfielder Ċilen. Bayern qed joffru 30 miljun Ewro biss Juventus iridu 45 miljun. Jista’ jagħti l-każ li jkun hemm tpartit bejn Vidal u Goetze. Matthew Scerri

Sala jekk jitlaq Isla

MatthewJuve News Leave a Comment

Seville qed jinsistu għal Mauricio Isla. Juventus bħalissa qed jikkunsidraw lil Isla bħala riserva ta’ Lichtsteiner. Fl-istess ħin, però, quddiem offerta tajba lesti jbigħu lil Isla. Jekk dan verament iseħħ, il-Bianconeri lesti jmorru għal Jacopo Sala ta’ Verona. Il-prezz tiegħu hu ta’ 6 miljun Ewro. Matthew Scerri

Interessanti anki f’Rudiger

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus qed jippruvaw jixtru difensur peress li Barzagli qed jikber u kemm-il darba kellna diversi plejers barra b’injury. Fost il-plejers segwiti hemm anki Rudiger ta’ Stuttgart. Hu diġà jifforma parti mit-tim nazzjonali Ġermaniż. Matthew Scerri