Se nixtru lil Kairinen

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus biħsiebhom jixtru lill-midfielfer ta’ 17-il sena, Kaan Kairinen. F’Diċembru hu qatta’ xi jiem f’Vinovo jittrenja mat-tim Primavera u Juventus tant kienu sodisfatti bih li ddeċidew li jixtruh. Matthew Scerri

Juventus-PSG għal Mandragora

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont “La Gazzetta dello Sport” Marotta ma jridx li jitlef talent ieħor Taljan wara Marco Verratti. Għaldaqstant se jipprova jixtri lil Rolando Mandragora mingħand Genoa. PSG jriduh b’saħħa, imma Marotta lest jagħmel minn kollox biex ma jitlifx lill-plejer ta’ nofs il-grawnd li din is-sena Genoa silfu lil Pescara. Matthew Scerri

Offerta enormi għal Zaza?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ma nafux kemm hi aħbar vera, biss hemm l-għidut li West Ham waslu joffru 27 miljun għal Simone Zaza. Nemmnu li jekk verament tasal offerta ta’ dan it-tip lil Juventus, il-Bianconeri ċertament se jilqgħuha. Matthew Scerri

Caceres se jkun mibjugħ f’Jannar

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ qed tirraporta li Martin Caceres se jinbigħ f’Jannar. Fil-fatt Juventus mhux se joffrulu kuntratt ġdid u għaldaqstant se jbigħuh f’Jannar sabiex ma jitilfuhx b’xejn fis-sajf meta jintemmlu l-kuntratt attwali. Fuqu hemm interess minn klabbs Taljani (Napoli, Inter u Milan), imma Juventus jippreferu jbigħuh barra mill-Italja. F’dan is-sens hemm interess minn xi klabbs Ingliżi u Torok. Matthew Scerri

Rugani x’aktarx se jibqa’

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulma jmur hu dejjem iktar probabbli li Juventus ma jneħħux lil Daniele Rugani. Għalhekk Napoli jriduh b’saħħa, jidher li l-Bianconeri ma jridux jitilfuh minn taħt idejhom u l-wirjiet li kellu kontra Torino u Carpi kkonfermaw li hu lest biex jilgħab f’tim bħal Juventus. Matthew Scerri

Tottenham iridu lil Berardi, imma …

MatthewJuve News Leave a Comment

Tottenham qed juru interess qawwi f’Domenico Berardi. Madankollu Juventus għandhom id-dritt tar-recompra tiegħu għal 18-il miljun Ewro. Huma ma jridux jitilfuh minn idejhom u semmai iridu jkunu huma li ‘l quddiem ibigħuh biex idaħħlu somma flus sew minnu. F’dan l-istadju hu probabbli ferm li Juventus jieħduh f’Ġunju sabiex ikun fit-tim tagħhom għas-sena d-dieħla. Matthew Scerri

Interess f’Kramer

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-media Ġermaniża qed tirraporta li se jkun diffiċli li Juventus jiksbu lil Gundogan u għaldaqstant qed ifittxu xi alternattivi. Fost dawn jidher li hemm interess anki f’Christoph Kramer ta’ Bayer Leverkusen. Matthew Scerri