Manchester United mill-ġdid fuq Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

“The Guardian” qed jirraporta li l-aħħar wirjiet ta’ Vidal reġgħu xegħlu mill-ġdid l-interess ta’ Manchester United fih. Madankollu hu diffiċli ferm li Vidal jitlaq lil Juventus. Hemm raġunijiet kemm sportive kif ukoll familjari għalfejn ma jridx jitlaq minn Turin. Matthew Scerri

Irridu tnejn ta’ Fiorentina

MatthewJuve News Leave a Comment

M’hemmx biss l-istilel fil-mira ta’ Juventus. Il-Bianconeri jridu anki plejers forsi inqas ta’ fama imma li jistgħu jagħtu kontribut validissimu lit-tim. Tnejn minn dawn il-plejers huma Mati Fernandez u Stefan Savic ta’ Fiorentina. Il-Bianconeri ilhom warajhom u issa se jagħmlu tentattiv ieħor sabiex jiksbu s-servizzi tagħhom. Matthew Scerri

Konfermat l-interess f’Gerson

MatthewJuve News Leave a Comment

Missier it-talent Brażiljan Gerson, ikkonferma li Juventus verament huma interessati f’ibnu. Hu qal li mar hu stess l-Italja u li Juventus ressqu offerta li Fluminense ma aċċettawx peress li jridu jżommuh magħhom. Hu temm jgħid li se jkun diffiċli ħafna li Gerson jibqa’ ma’ Fluminense sakemm ma joffrulux kuntratt ġdid. Matthew Scerri

Wara Dybala issa jmiss lil Cavani?

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara Dybala, Marotta se jipprova jagħmel akkwist stellari ieħor fl-attakk. L-objettiv hu Edinson Cavani. Fl-aħħar sigħat anki Real Madrid tħajru għalih, biss Juventus huma l-favoriti li jieħduh mhux biss għax ilhom jitkellmu miegħu, imma anki għax ir-riżultati mill-aqwa ta’ dan l-istaġun qed iwasslu biex diversi plejers jinteressaw ruħhom li jissieħbu mal-Bianconeri. Matthew Scerri

Isla ġej lura

MatthewJuve News Leave a Comment

QPR mhux se jżommu lil Mauricio Isla hekk kif sfaw relegati. Isla kien misluf lil QPR din is-sena u kieku dawn baqgħu fil-Premier League x’aktarx kienu jitħajru jixtruh għal kollox. Għaldaqstant hu sejjer lura ma’ Juventus u Marotta se jkollu jara kif jeħles minnu. Matthew Scerri

Ibrahimovic offrut lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont is-sit ‘Calciomercato.com’, l-aġent Mino Raiola kellem lil Juventus sabiex jifhem jekk humiex interessati f’Ibrahimovic. Ir-risposta tal-Bianconeri kienet li huma qed isegwu plejers oħra. Fil-fatt il-ħolma ta’ Juventus hi li jirnexxilhom jikbsu lil Cavani wara li kważi ffinalizzaw l-akkwist ta’ Dybala. Matthew Scerri

Dybala. Ħuħ fl-Italja għall-firma

MatthewJuve News Leave a Comment

Gustavo Dybala, ħu Paulo l-attakkant ta’ Palermo, jinsab fi triqtu lejn l-Italja biex flimkien mal-aġent Triulzi jiffirma l-kuntratt għat-trasferiment tal-attakkant Arġentin ma’ Juventus. Il-Bianconeri se jixtru lil Paulo Dybala għal 30 miljun Ewro. Dybala se jiffirma kuntratt ta’ ħames snin b’paga ta’ madwar 2.5 miljun Ewro. Il-firma mistennija tasal il-Ħamis jew il-Ġimgħa wara li Juventus ikunu temmew l-impenn fis-Semifinali taċ-Champions …