Osvaldo jrid jiġi lura ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Tuttosport’ Osvaldo jixtieq ħafna jirritorna ma’ Juventus. Il-Bianconeri għadhom mhumiex daqshekk konvinti minn dan l-akkwist, għalkemm hemm indikazzjonijiet li jekk ifallulhom l-akkwisti l-oħra li għandhom f’moħħhom jistgħu jibdlu fehmthom fl-aħħar ta’ Jannar u jippruvaw jieħduh. Matthew Scerri

Offrewlna lil Belhanda

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-website ‘Goal.com’ tirraporta li Juventus jinsabu interessati anki f’Younes Belhanda ta’ Dynamo Kiev. Hu trekwartista mhux tant magħruf imma li għandu teknika pjuttost tajba u allura jista’ jaqdi l-ħtiġijiet ta’ Juventus sa tmiem l-istaġun. Allegatament kienu l-aġenti ta’ Belhanda li avviċinaw lill-Bianconeri u offrewlhom lil dan il-plejers. Min-naħa tagħhom Juventus qed jaħsbuha. Matthew Scerri

Tevez. Jitkellem il-President ta’ Boca Juniors

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Boca Juniors, Angelici stqarr li għalissa hu diffiċli ferm li Carlos Tevez jirritorna ma’ Boca. Hu sostna li l-ewwel Tevez irid isib soluzzjoni ma’ Juventus, qabel ikun jista’ jinnegozja ma’ Boca Juniors. Fi kliem ieħor Boca Juniors qed jistennew li jispiċċa l-kuntratt ta’ Tevez sabiex ikun jistgħu jilqgħuh lura magħhom. Matthew Scerri

Irridu lil Jovetic b’self

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Tuttosport’ Juventus talbu lil Manchester City sabiex jisilfuhom lil Stevan Jovetic. Ic-Citizens però ma jridux jafu li jisilfuh. Hemm rumours li Juventus qed jittamaw li issa jkun Jovetic innifsu li jitlob li jinbigħ wara l-akkwist ta’ Bony min-naħa ta’ Manchester City. Matthew Scerri

Il-prezz ta’ Mkhitaryan

MatthewJuve News Leave a Comment

Nafu li Juventus iridu b’saħħa lil Mkhitaryan. Il-website ‘Calciomercato.com’ tirraporta li Borussia Dortmund qed jitolbu 25 miljun Ewro għalih. Min-naħa tiegħu, Marotta s’issa offra 1 miljun Ewro għas-self sa Ġunju u 17-il miljun Ewro jekk nixtruh fis-sajf. Għalissa, insomma, il-partijiet jinsabu ftit ‘il bogħod. Matthew Scerri

Offerti kbar għal Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

Paul Pogba jista’ jkun wieħed mill-protagonisti l-kbar nett tal-Calciomercato fis-sajf. Juventus ma jridux ibigħuh, imma quddiem ċifri kbar kollox jista’ jseħħ. ‘Sportmediaset’ tirraporta li Real Madrid se joffru 100 miljun Ewro għal Pogba. Fl-istess ħin PSG lesti jagħtuna lil Cavani u Verratti bi tpartit ma’ Pogba. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (14 ta’ Jannar)

MatthewJuve News Leave a Comment

Real ħadu lil Odegaard It-taqtigħa għall-akkwist ta’ Odegaard rebħuha Real Madrid. Fis-sajf li ġej l-istilla Norveġiża se tiffirma kuntratt ta’ sitt snin ma’ Real Madrid. Jissemma Pazzini Illum issemma ħafna Giampaolo Pazzini ma’ Juventus. L-għidut kien li Giovinco kien se jingħata lil Fiorentina, b’Roma jieħdu lil Mario Gomez ta’ Fiorentina u Destro jingħaqad ma’ Milan. B’Destro mar-Rossoneri, Pazzini seta’ jissieħeb …

Shaqiri jispjega

MatthewJuve News Leave a Comment

Xherdan Shaqiri kkonferma li kellu ħafna offerti minn diversi klabbs, fosthom anki Juventus. Hu spjega li għażel lil Inter wara li tkellem ma’ Mancini. Skont Shaqiri, Inter huma l-aqwa soluzzjoni għalih peress li se jkun jista’ jilgħab b’kontinwità fi proġett tattiku li jogħġbu ħafna. Matthew Scerri

Irridu lil Paulinho

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-media Ingliża tirraporta li nhar it-Tnejn li għadda Juventus kellhom laqgħa ma’ Tottenham. Il-klabbs għandhom jerġgħu jitkellmu fit-48 siegħa li ġejjin. Fil-fatt Juventus mistennija jressqu offerta għall-midfielder Paulinho. Il-Bianconeri jridu lil Paulinho peress li jafu li fis-sajf jista’ jkun hemm xi tibdil fil-midfield. Matthew Scerri