Posts

Costa ma jridx jitlaq sakemm …

Skont Calciomercato.com Douglas Costa għarraf lil Juventus li hu mhux se jaċċetta trasferimenti ma’ klabbs oħra sakemm ma jkunux top Clubs Ewropej. Fi kliem ieħor hu mhux se jitlaq sakemm ma jiġix għalih tim ta’ livell għoli. F’dan l-istadju hu tassew probabbli li Juventus ikollhom iżommu lil Douglas Costa u ma jkunux jistgħu jieħdu lil Chiesa minflok.

Matthew Scerri

Paratici: “Aħna dejjem attenti għal kull opportunità li tinqala'”

Fabio Paratici ta kumment dwar il-mercato Juventin fi tmiem il-preżentazzjoni tal-ktieb Grand Hotel Calciomercato ta’ Gianluca Di Marzio: “Juventus huma dejjem attenti għal dak li jinqala’ fis-suq tat-trasferimenti, kemm għal Chiesa kif ukoll għal plejers oħra. Din hi l-konvinzjoni tagħna. Trid tkun kreattiv, speċjalment f’dal-mument fejn hu diffiċli tinnegozja.”

Matthew Scerri

Rugani misluf lil Rennes

Rennes laħqu ftehim ma’ Juventus sabiex jiksbu b’self lil Daniele Rugani. Skont Goal.com, Rennes se jkunu qed iħallsu 1.5 miljun Ewro (Sky semmew iċ-ċifra ta’ 2 miljuni) għal das-self u se jkun qed ikopru l-paga kollha ta’ Rugani matul l-istaġun. Rennes ma jidhrix li se jkunu qed jingħataw ebda dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Fiorentina riedu lil Demiral

Sky żvelaw li Fiorentina għamlu tentattiv biex jiskbu lil Demiral. Fil-fatt huma pproponew lil Juventus bdil bejn Demiral u Chiesa. Madankollu Juventus ma ridux jafu li jaċċettaw dat-tip ta’ ftehim.

Matthew Scerri

Proposta għal bdil bejn Emerson Palmieri u De Sciglio

Fil-jiem li għaddew Juventus allegatament ipproponew lil Chelsea bdil ta’ plejers b’self bejn Emerson Palmieri u De Sciglio. Skont Calciomercato.com Juventus riedu li l-plejers jiġu mibdula b’self dis-sena bid-dritt li jkunu akkwistati għal kollox is-sena d-dieħla għall-prezz differenti (20-25 miljun għal Emerson Palmieri; 10-15-il miljun għal De Sciglio). Chelsea madankollu rrifjutaw din l-offerta.

Matthew Scerri

Għadu ‘l bogħod il-ftehim bejn Juventus u Khedira

Khedira ma jridx jaf! Hu assolutament ma jridx jaċċetta somma inqas minn 6 miljuni biex jittermina l-kuntratt ma’ Juventus. Il-Bianconeri min-naħa tagħhom qed joffrulu 2.5 miljuni. Kollox jindika li l-partijiet għadhom ‘il bogħod milli jsibu ftehim u jista’ jkun li finalment Khedira se jqatta’ sena oħra ma’ Juventus, mifrud f’daru basta jaqla’ s-6 miljuni tiegħu.

Matthew Scerri

Kean eqreb lejn ritorn ma’ Juventus

Carlo Ancelotti m’għandu l-ebda oġġezzjoni li Kean jinbigħ u allura Raiola qed imexxi t-taħdidiet ma’ Everton biex l-attakkant Taljan jirritorna ma’ Juventus. Il-Bianconeri qed jipproponu self għal sentejn u wara jkun hemm dritt li jixtruh għal kollox, liema dritt isir obbligu jekk jintlaħqu ċerta miri stabbiliti minn qabel.

Matthew Scerri

Alonso se jitlaq lil Chelsea. Juventus u Inter iriduh

Bħalissa għaddejja taqtigħa bejn Juventus u Inter għall-iffirmar ta’ Marcos Alonso. L-Ispanjol se jitlaq lil Chelsea wara li kellu battibekk qawwi ma’ Lampard fid-dressing room fi tmiem il-partita kontra West Bromwich. Hu evidenti li Chelsea ma jistgħux iktar iżommuh magħhom. Juventus u Inter jinsabu interessati fih. Juventus, imma, iridu qabelxejn ibigħu lil De Sciglio qabel ikunu jistgħu verament jippruvaw jiffirmawh.

Matthew Scerri

Dejjem iktar probabbli t-trasferiment ta’ Rugani ma’ Valencia

Valencia jinsabu f’taħdidiet ma’ Juventus għal Daniele Rugani. Il-klabbs qed jiddiskutu bejniethom fuq liema bażijiet se jseħħ it-trasferiment. Valencia talbuh b’self mingħajr ebda dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox. Juventus, min-naħa tagħhom qed jitolbu somma bejn 20 u 25 miljun Ewro. Finalment jista’ jkun li l-partijiet isibu ftehim bejniethom fuq bażi ta’ self li jkun imħallas u l-obbligu għal Valencia li jixtruh għal kollox jekk jintlaħqu ċerta miri stabbiliti minn qabel.

Matthew Scerri

Fadal sitt ijiem u kollox għadu wieqaf

Ninsabu sitt ijiem ‘il bogħod mit-tmiem tal-kampanja trasferimenti. Fil-każ ta’ Juventus jidher li kollox għadu bblukkat minħabba li Paratici għadu ma sabx timijiet lesti jixtru lill-plejers li ilu jipprova jbigħ għal diversi ġimgħat. Nafu li jekk ma jbigħux, Juventus mhux se jkunu f’pożizzjoni li jixtru. Lanqas għadu nstab fethim ma’ Khedira biex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu. S’issa saru akkwisti tajbin (Kulusevski, Arthur, McKennie u Morata). It-tim Juventin, imma, jonqsu rtokki oħra biex verament ikun kompetittiv fl-Italja u fl-Ewropa. Nittamaw li xi ħaġa tiċċaqlaq f’dawn il-jiem sabiex Paratici jkun jista’ jagħmel l-akkwist li huma tant meħtieġa.

Matthew Scerri