Necid. Juventus mhux konvinti

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom mhumiex mija fil-mija konvinti minn Tomas Necid. L-idea hi li jieħduh u jisilfuh lil Chievo. Għalissa però Juventus għadhom qed itellgħu u jniżżlu jekk jieħduhx verament. Intant “La Gazzetta dello Sport” ma teskludix lanqas li Chievo jiddeċiedu li jieħduh għal rashom. Matthew Scerri ​

Juve u Genoa jitkellmu dwar Matri

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħbar hi waħda kemxejn sorprendenti. Ilbieraħ Enrico Preziosi tkellem ma’ Juventus dwar Matri. Għadu mhux magħruf jekk kinux Juventus li talbuh jew inkella Genoa li offrewh lil Juventus. Illum Preziosi għandu jkellem anki lil Lazio u Cagliari għal Matri. Wieħed irid jistenna sabiex jara jekk verament Matri huwiex se jirritorna ma’ Juventus. Matthew Scerri

Marrone jrid imur ma’ Cordoba

MatthewJuve News Leave a Comment

B’sorpriża t-trasferiment ta’ Luca Marrone ma’ Sampdoria jista’ jkun li sfaxxa fix-xejn. Juventus u Sampdoria jinsabu miftehmin sabiex Marrone jingħaqad b’self mal-Blucerchiati. Madankollu Marrone għadu ma jridx jiffirma l-kuntratt għal dan it-trasferiment peress li hu jixtieq jingħaqad mat-tim Spanjol ta’ Cordoba fejn jilgħab anki l-ħabib tiegħu Fausto Rossi. Fl-24 siegħa li jmiss Juventus għandhom jitkellmu ma’ Marrone sabiex jaraw x’jixtieq …

Galliani: “Pazzini mhux għall-bejgħ”

MatthewJuve News Leave a Comment

Adriano Galliani għamilha ċara li Giampaolo Pazzini se jibqa’ ma’ Milan. Fil-fatt Destro għadu ma aċċettax l-offerta ta’ Milan u allura r-Rossoneri ma jistgħux u lanqas iridu jbigħu lil Pazzini. L-idea ta’ Galliani hi li jżomm lil Pazzini anki jekk Milan jixtru lil Destro. Matthew Scerri

Marrone u Mattiello se jkunu mislufa

MatthewJuve News Leave a Comment

Luca Marrone se jilgħab il-kumplament tal-istaġun ma’ Sampdoria. Il-Blucerchiati għandhom ftehim ma’ Juventus sabiex jiksbu lil Marrone b’self. Anki s-self ta’ Mattiello lil Chievo hu prattikament ħaġa ċerta. L-istess Chievo qed jinnegozjaw ma’ Juventus is-self ta’ Ouasim Bouy li jinsab il-Greċja ma’ Panathinaikos. Matthew Scerri

Bunino. Akkwist għall-futur

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus jinsabu qrib ħafna li jiffinalizzaw l-akkwist tal-attakkant Cristian Bunino mingħand Pro Vercelli. Hu attakkant li jifforma parti mit-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt id-19-il sena. Fuqu kien hemm diversi timijiet, imma Juventus jidhru li għelbu l-konkorrenza ta’ kulħadd. Matthew Scerri

L-aġent ta’ Giovinco tkellem ma’ Toronto FC

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-lejl li għadda l-aġent ta’ Giovinco tkellem mad-diriġenti ta’ Toronto FC. Hu għarrafhom li Giovinco lest ixolji l-kuntratt ma’ Juventus u jingħaqad magħhom minnufih minflok f’Lulju. Toronto qed jaħsbuha u se jagħtuh risposta dalwaqt. Fis-sigħat li ġejjin mistennija toħroġ l-aħbar dwar id-deċiżjoni ta’ Toronto F.C. Jekk jitlaq Giovinco, Juventus ikollhom jixtru attakkant: Osvaldo jew Pazzini l-iktar probabbli. Matthew Scerri