Sturaro ġej fl-1 ta’ Frar

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tbassar li Stefano Sturaro se jingħaqad ma’ Juventus fl-1 ta’ Frar. Fil-fatt Genoa jridu jżommuh sal-31 ta’ Jannar meta se jkollhom impenn diffiċli ħafna ma’ Fiorentina. Il-mercato jagħlaq fit-2 ta’ Frar. Matthew Scerri

Ancelotti jgħid tiegħu dwar Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

Carlo Ancelotti llum faħħar lil Paul Pogba. Hu però għamilha ċara li ‘għalissa’ Real Madrid ma jinsabux interessati fih. Hu diffiċli tgħid xi tfisser dik l-‘għalissa’ li uża Ancelotti. Jista’ jagħti l-kas li Real mhux jaħsbu fil-mercato tas-sajf. Jista’ jagħti l-kas li hi biss tattika ta’ Ancelotti sabiex il-prezz ta’ Pogba ma jogħlix. Li hu ċert hu li Ancelotti ma …

Xtrajna lil Pol Lirola

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus xtraw full-back ta’ 17-il sena. ‘Sky’ qed jirrapurtaw li Juventus kisbu lil Pol Lirola ta’ Espanyol għas-somma ta’ 700,000 Ewro. Hu wieħed mill-ħafna akkwisti ta’ talanti żgħażagħ li Juventus jagħmlu bħala investiment għat-tim tal-futur. Matthew Scerri

Giovinco ma’ Toronto. Għada jkun kollox uffiċjali?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-klabb ta’ Toronto ħabbar fuq Twitter li għada se jkun qed jagħti aħbar importanti ħafna. Wisq probabbli huma se jagħtu l-aħbar uffiċjali li Sebastian Giovinco ffirma magħhom. Giovinco se jkun qed jaqla’ madwar 7 miljun Dolllaru magħhom (hemm min qed issemmi anki ċ-ċifra ta’ 10 miljun Dollaru). Hu se jtemm l-istaġun ma’ Juventus u fis-sajf se jibda l-avventura fil-Major Soccer …

Marotta: “Irridu nżommu lil Pogba”

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta ddikjara li Juventus se jagħmlu minn kollox sabiex iżommu lil Paul Pogba. Huma kburin li għandhom lil Pogba fit-tim u jinsabu iktar minn sodisfatti bil-wirjiet tiegħu. Madankollu hu għamel anki l-punt li l-kampjonat Taljan hu wieħed ta’ tranżizzjoni u li jista’ jagħti l-każ li tasal offerta minn barra l-Italja li tkun lil hinn minn dak li Juventus jaffordjaw. …

Il-punt dwar Sturaro

MatthewJuve News Leave a Comment

Massimiliano Allegri lbieraħ spjega li Juventus għandhom bżonn midfielder hekk kif Asamoah jinsab barra wara l-operazzjoni. Hu qal li minn din is-sena Juventus qed jilagħbu b’midfielder ċentrali iktar u allura jeħtieġu lil xi ħadd ġdid. Nafu li Juventus talbu lil Genoa sabiex jagħtuhom lil Sturaro. Għalissa Genoa għadhom ma qalux ‘iva’ lil Juventus, anzi Gasperini stqarr ilbieraħ li Sturaro se …

Marotta: “Nibbażaw fuq plejers Taljani”

MatthewJuve News Leave a Comment

Marotta ddikjara llum li Juventus se jkomplu jixtru l-aqwa talenti Taljani. Zaza u Sturaro bħalissa qegħdin ma’ tim ieħor u allura hu meħtieġ ftehim mal-klabbs tagħhom. Dwar Siqueira, Marotta qal li Asamoah jinsab konvalexxenti u allura Juventus iridu biss xi ħadd b’self. Skont Marotta mhux faċli li jinstab ftehim f’dan is-sens. Finalment Marotta ċaħad li hemm kuntatti ma’ PSG dwar …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (18 ta’ Jannar)

MatthewJuve News Leave a Comment

Sturaro. Il-punt s’issa Il-President ta’ Genoa m’għandux oġġezzjoni li Juventus jieħdu lil Sturaro f’Jannar. Madankollu hu talab ftit jiem sakemm jirranġa xi affarijiet u wara Sturaro jkun jista’ jissieħeb ma’ Juventus. Allegatament il-kowċ ta’ Genoa, Gasperini hu kontra dan it-trasferiment peress li għandu lil Tino Costa barra b’injury. Illum stess Preziosi għandu jkellem lil Gasperini. Huma mistennija żviluppi fis-sigħat li …

Giovinco ffirma ma’ Toronto

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-Kanada tasal l-aħbar li Sebastian Giovinco ffirma mall-klabb tal-Major League Soccer, Toronto. Hu se jingħaqad magħhom fis-sajf u se jibda jkollu paga ta’ 7 miljun Dollaru fis-sena. Għada x’aktarx se tingħata l-aħbar uffiċjali ta’ dan l-akkwist. Jekk l-aħbar tkun konfermata, Giovinco jkun it-tieni Juventin li se jilgħab ma’ Toronto wara li ftit tas-snin ilu Roberto Bettega kien mar itemm il-karriera …