Trezeguet: “Calciopoli? Ħassejt li kelli nagħti xi ħaġa lil Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Calciopoli? Kull plejer kellu jagħżel id-destin tiegħu, jekk jibqax jew jitlaq. Li tibqa’ kien ifisser li tilgħab kampjonat tas-Serie B b’16-il punt inqas. F’dak il-mument ħassejt li kelli nagħti xi ħaġa lil Juventus. Bqajna biex ngħinu u biex nibdew storja ġdida.” Dikjarazzjoni oħra ta’ mħabba min-naħa ta’ David Trezeguet fil-konfront ta’ Juventus. Matthew Scerri

Farsa li qed tqabbadna l-biki!

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar ġimgħat għexna u qed ngħixu sitwazzjoni paradossali immens fejn biżżejjed li wieħed jikteb li l-pizza hi Arġentina biex inkun mgħajjar, aħseb u ara penalty fl-aħħar minuta f’xiex jista’ jsarraf! Ilhom xhur jgħidu li l-avversarji ma jimpenjawx ruħhom kontrina, imbagħad tisma’ biss tifħir meta Inter jirbħu 7-1 lil Atalanta (ma warrbux forsi huma wkoll?). Ħalli li mbagħad il-President ta’ Sampdoria jiddikjara …

L-eks-Prosekutur Porceddu: “Żball kbir li ħadu l-iscudetto lil Juventus u tawh lil Inter”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervista interessanti ferm li ‘L’Unione Sarda’ għamlu lill-eks Prosekutur tal-FIGC, Carlo Porceddu. Hu sostna li kien żball gravissimu li ttieħed l-iscudetto lil Juventus fl-2005/06 u ngħata lill-Inter. Fi kliemu ma kienx hemm biżżejjed elementi biex dan isir. Tant hu hekk li l-Qorti Federali ma ddeċiditx f’dan is-sens. Madankollu Guido Rossi, il-kummissarju straordinarju tal-FIGC, kien ħatar grupp ta’ esperti li ddeċidew …

Attenti! Calciopoli mhix wisq ‘il bogħod

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-dikjarazzjonijiet tal-eks referee Lo Bello fil-konfront ta’ Rizzoli huma frankament xokkanti. Xbajna u drajna kummenti polemikużi wara kull Juventus-Inter. Li hu xokkanti f’dal-każ hu li l-attakk mhux ġej minn supporter ta’ tim, imma minn eks-referee, jiġifieri persuna li support tkun newtrali u li normalment tiddefendi lill-kollegi tagħha. Min jaf sew il-fatt ta’ Calciopoli jaf li beda kollox biż-żiemel ta’ Troia …

Nedved: “Ma kont naċċetta qatt scudetto tal-kartun”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lill-medja tar-Repubblika Ċeka, Pavel Nedved stqarr li hu kieku ma kien jaċċetta scudetto tal-‘kartun’ bħalma kien dak mogħti lil Inter fl-2006. Fi kliem Nedved hu qatt ma seta’ japprezza scudetto mhux mirbuħ fil-grawnd. Nedved qal ukoll li lejn tmiem il-karriera Inter ressqulu offerta tajba ferm, biss hu ma riedx imur man-Nerazzurri. Skontu, kien lest imur ma’ Mourinho fi …

Calciopoli. Juventus jirrikorru f’tribunal ieħor u jitolbu l-ħlas tad-danni min-naħa tal-FIGC

MatthewJuve News Leave a Comment

“Il Corriere della Sera” żvela kif, wara s-sentenza tat-TAR, Juventus se jappellaw mal-‘Consiglio di Stato’ u se jkomplu jinsistu li jitħallsu lilhom d-danni li ġabet magħha s-sentenza tal-‘giustizia sportiva’ fil-każ ta’ Calciopoli. Jirriżulta wkoll li issa t-talba tal-ħlas ta’ danni għoliet minn 443 għal 581 miljun Ewro, liema żieda hi dovuta għall-interessi fuq is-somma li oriġinarjament kienet intalbet minn Juventus. …

Tnaqqis ta’ punti lil Juventus u Fiorentina?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta ‘Il Fatto Quotidiano” bdiet waħda minn dawk il-kampanji li tant drajna fejn tintefa’ t-tajn fuq Juventus. Huma qed isostnu li Juventus kisru r-regolamenti peress li ma niżżlux fl-accounts tagħhom li hemm żewġ talbiet għall-ħlas ta’ danni mressqa fil-konfront tagħhom minn Victoria 2000 fil-Qorti ta’ Napli u minn Gazzoni Frascara fil-Qorti ta’ Ruma. Id-danni jammontaw għal 113-il miljun Ewro u …

Pressjoni biex jittieħdu tliet punti lil Juventus fis-Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Avukat Angelo Pisani qed jagħmel pressjoni sabiex jittieħdu tliet punti lil Juventus fis-Serie A. Fil-fatt hu qed isostni li la t-TAR ma tax raġun lil Juventus fir-rikors għat-talba ta’ danni marbuta ma’ Calciopoli, ir-regolamenti jipprevedu penalizzazzjoni ta’ tliet punti għall-Bianconeri. Dan l-għaliex klabb għandu jaċċetta d-deċiżjonijiet tal-giustizia sportiva mingħajr ma jirrikorri għall-ġustizzja ordinarja. Skont Parisi, Juventus naqsu milli jagħmlu dan …