Nedved: “Ma kont naċċetta qatt scudetto tal-kartun”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lill-medja tar-Repubblika Ċeka, Pavel Nedved stqarr li hu kieku ma kien jaċċetta scudetto tal-‘kartun’ bħalma kien dak mogħti lil Inter fl-2006. Fi kliem Nedved hu qatt ma seta’ japprezza scudetto mhux mirbuħ fil-grawnd. Nedved qal ukoll li lejn tmiem il-karriera Inter ressqulu offerta tajba ferm, biss hu ma riedx imur man-Nerazzurri. Skontu, kien lest imur ma’ Mourinho fi …

Calciopoli. Juventus jirrikorru f’tribunal ieħor u jitolbu l-ħlas tad-danni min-naħa tal-FIGC

MatthewJuve News Leave a Comment

“Il Corriere della Sera” żvela kif, wara s-sentenza tat-TAR, Juventus se jappellaw mal-‘Consiglio di Stato’ u se jkomplu jinsistu li jitħallsu lilhom d-danni li ġabet magħha s-sentenza tal-‘giustizia sportiva’ fil-każ ta’ Calciopoli. Jirriżulta wkoll li issa t-talba tal-ħlas ta’ danni għoliet minn 443 għal 581 miljun Ewro, liema żieda hi dovuta għall-interessi fuq is-somma li oriġinarjament kienet intalbet minn Juventus. …

Tnaqqis ta’ punti lil Juventus u Fiorentina?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta ‘Il Fatto Quotidiano” bdiet waħda minn dawk il-kampanji li tant drajna fejn tintefa’ t-tajn fuq Juventus. Huma qed isostnu li Juventus kisru r-regolamenti peress li ma niżżlux fl-accounts tagħhom li hemm żewġ talbiet għall-ħlas ta’ danni mressqa fil-konfront tagħhom minn Victoria 2000 fil-Qorti ta’ Napli u minn Gazzoni Frascara fil-Qorti ta’ Ruma. Id-danni jammontaw għal 113-il miljun Ewro u …

Pressjoni biex jittieħdu tliet punti lil Juventus fis-Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Avukat Angelo Pisani qed jagħmel pressjoni sabiex jittieħdu tliet punti lil Juventus fis-Serie A. Fil-fatt hu qed isostni li la t-TAR ma tax raġun lil Juventus fir-rikors għat-talba ta’ danni marbuta ma’ Calciopoli, ir-regolamenti jipprevedu penalizzazzjoni ta’ tliet punti għall-Bianconeri. Dan l-għaliex klabb għandu jaċċetta d-deċiżjonijiet tal-giustizia sportiva mingħajr ma jirrikorri għall-ġustizzja ordinarja. Skont Parisi, Juventus naqsu milli jagħmlu dan …

Ħlas ta’ danni marbutin ma’ Calciopoli. Ir-rikors ta’ Juventus mhux milqugħ

MatthewJuve News 1 Comment

It-TAR (Tribunal Amministrattiv Reġjonali) ma laqax ir-rikors imressaq minn Juventus fejn il-Bianconeri kienu qed jitolbu l-ħlas ta’ danni lil FIGC minħabba Calciopoli. Dawn kellhom jammontaw għal 440 miljun Ewro. Skont it-TAR Juventus fl-2006 kienu diġà ressqu rikors u wara waqqgħuh biex marru f’tribunal ieħor fejn kienu ħarġu telliefa. Matthew Scerri

Talba għall-ħlas ta’ danni lil Juventus li jammontaw għal 440 miljun Ewro. Jibda l-proċess!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum beda l-proċess fi ħdan it-TAR tal-Lazio l-proċess li matulu jrid ikun deċiż jekk Juventus humiex intitolati li jitolbu l-ħlas ta’ danni lill-FIGC minħabba l-kwisjtoni ta’ Calciopoli. Juventus qed jitolbu 440 miljun Ewro f’danni. Nifhmu li dan se jkun process tqil, twil u kkumplikat ferm. Biss dan hu l-uniku mod li Juventus fadlilhom biex issirilhom ġustizzja. Matthew Scerri

91 punt l-istess bħal 10 snin ilu … b’Calciopoli fin-nofs

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilbieraħ niżel is-siparju għal Juventus fis-Serie A għas-sena 2015/16. Il-Bianconeri rebħu l-kampjonat b’91 punt. Interessanti li għaxar snin ilu, konna rbaħna l-kampjonat, id-29 wieħed, bl-istess numru ta’ punit: 91. Juventus huma tim qawwi issa daqskemm kienu għaxar snin ilu. Fin-nofs kellna lil Calciopoli, frott l-għira u l-mibegħda tal-oħrajn li riedu jkissruna biex forsi jirbħu xi ħaġa huma. Waqqgħuna Serie B …

Manifestazzjoni f’għeluq l-10 snin ta’ Calciopoli

MatthewJuve News Leave a Comment

CALCIOPOLI 10 ANNI DOPO – APPOGG LIL LUCIANO MOGGI Se ssir manifestazjoni kbira is-Sibt 14 t’a Mejju fil-11.30 am gewwa il-Jet Hotel, Caselle Torinese Via delle Zecca 9. Din il-lukanda qeghda biss 10 minuti boghod mill-Juventus Stadium u ntghazel dan il-post sabiex wara kulhadd ikun qrib sabiex nassistu ghal-loghba Juventus vs Sampdoria u l-Festa Scudetto. Naghmel appell lil min ser …

L-Uefa ‘tagħti’ lura l-iscudetti lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Kurżità interessanti hekk kif fil-website tal-Uefa hemm imniżżel li Buffon rebaħ 7 darbiet il-kampjonat Taljan ma’ Juventus. Dan ifisser li qed ikunu magħduda wkoll iż-żewġ scudetti ta’ żmien Calciopoli. Ovvjament il-fatt li s-sit tal-Uefa jikteb ħaġa ta’ dan it-tip jgħodd sa ċertu punt għax kont hu dak li uffiċjalment l-Uefa verament tagħmar u kont hu dak li jkun miktub fuq …