Il-prezz ta’ Benatia

MatthewJuve News Leave a Comment

Hu fatt magħruf li Juventus jinsabu interessati li jiksbu  s-servizzi ta’ Mehdi Benatia ta’ Bayern Munich. Imma kemm jiswa Benatia? Il-media Ġermaniża qed tirraporta li Bayern iridu 30 miljun Ewro għalih, somma li Juventus mhux se jonfqu daqstant faċilment. Matthew Scerri

Laqgħa sigrieta bejn Tavecchio u Giraudo

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ta’ gossip ‘Dagospia’ ppubblika ritratti ta’ laqgħa bejn il-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio, u Antonio Giraudo. Kien hemm spekulazzjonijiet li Juventus qabbdu lil Giraudo biex jinnegozja mal-FIGC ftehim biex tingħalaq darba għal dejjem il-kwisjtoni ta’ Calciopoli. L-aħbar però kien miċħuda kemm minn Juventus kif ukoll mill-FIGC. Matthew Scerri

Issa l-FIGC se titlob il-ħlas ta’ danni lil Juventus!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gwerra bejn Juventus u l-FIGC dwar Calciopoli se tkompli għaddejja. Nafu li Juventus qed ifittxu lill-FIGC għad-danni. Madankollu bis-sentenza definittiva dwar Calciopoli, l-FIGC issa qed tikkunsidra li tiftaħ kawża hi ħalli titlob id-danni lil Juventus. Din x’aktarx hi biss mossa biex Juventus iwaqqgħu t-talba tagħhom u jingħalaq darba għal dejjem il-każ ta’ “Calciopoli”. Kif dejjem għidna u ktibna minn hawnhekk, …

Calciopoli tingħalaq f’Malta?

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar il-Ħamis li ġej f’Malta se tinżamm laqgħa tal-UEFA li għaliha se jattendu kemm Agnelli kif ukoll Tavecchio. Nafu li Juventus qed jitolbu l-ħlas tad-danni lill-FIGC minħabba Calciopoli. Ħafna qed ibassru li f’Malta Agenlli u Tavecchio se jitkellmu dwar il-possibbiltà li tingħalaq darba għal dejjem din il-kwistjoni. Tavecchio mistenni jitlob lil Agnelli biex iwaqqaf din il-kawża. Fl-istess ħin, però, Agnelli …

Calciopoli. Nistgħu ninsew l-iscudetti u l-ħlas tad-danni!

MatthewJuve News Leave a Comment

Bil-pubblikazzjoni tal-motivazzjonijiet tas-sentenza tal-Cassazione dwar ‘Calciopoli’, jidher li Juventus mhux se jkollhom wisq cans li jirbħu l-kawża għat-talba ta’ danni min-naħa tal-FIGC. Fil-fatt fis-sentenza tal-Cassazione naqraw li Moggi nstab ħati ta’ “associazione a delinquere” u frodi sportiva finalizzati biex hu jkabbar il-poter tiegħu personali u fl-istess ħin ħadu vantaġġi anki Juventus. Fl-ewwel żewġ gradi tal-proċess Moggi kien dejjem instab ħati …

Tavecchio jitkellem dwar l-443 miljun Ewro f’danni mitluba minn Juve

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio kien intervistat minn ‘Tuttosport’. F’din l-intervista hu tkellem dwar it-talba ta’ Juventus għal ħlas ta’ danni (li jammontaw għal 443 miljun Ewro) min-naħa tal-FICG għall-fatti marbuta ma’ Calciopoli. Hu sostna li jinsab trankwill dwar dan il-każ peress li qal li l-avukati tiegħu ggarantulu li Juventus m’għandhomx  ċans li jirbħu l-kawża. Hu temm jgħid li jekk Juventus …

De Santis: “Kelli telefonati minn Facchetti mhux minn Moggi”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’proċess ieħor kontra Luciano Moggi li qed jiġi mfittex għad-danni mit-tifel ta’ Facchetti minħabba kalunnja, xehed l-eks referee Massimo De Santis. Hu qal li qatt ma kien jirċievi telefonati minn Moggi u dan joħroġ ċar mill-proċess ta’ Calciopoli fejn ma nstabux telefonati bejnu u Moggi. De Santis qal ukoll li Facchetti spiss kien iċempillu, kif kienu jagħmlu diriġenit ta’ klabbs …

Moggi: “Mhux se nieqaf hawn. Se nkompli niġġieled”

MatthewJuve News Leave a Comment

Luciano Moggi ħabbar li l-battalja tiegħu se tkompli. Hu qal li l-Corte di Cassazione in parti tatu raġun u dgħajfet l-akkużi fil-konfront tiegħu. Għaldaqstant se jiftaħ kawża quddiem il-Qorti Ewropea sabiex tiġi annullata s-sentenza tal-Giustizia Sportiva li ma tħallihx jaħdem mill-ġdid fid-dinja tal-futbol. Matthew Scerri

Sentenza Calciopoli. Iktar kuntraddizzjonijiet!

MatthewJuve News 1 Comment

Għadu ftit kmieni biex wieħed jikkummenta sew is-sentenza tal-Corte di Cassazione dwar Calciopoli. Madwar xahar ieħor jiġu ppubblikati l-motivazzjonijiet tas-sentenza u hemm ikollna stampa iktar ċara. Bażikament s’issa nafu li l-froda sportiva qatt ma eżistiet, filwaqt li l-akkuża ta’ associazione a delinquere ġiet preskritta. Fi kliem ieħor Moggi ma nħelisx mill-akkuża ta’ associazione a delinquere, biss l-ebda pass dixxiplinari ma …

Calciopoli. Is-sentenza tikkonferma l-preskrizzjoni!

MatthewJuve News Leave a Comment

Tard bil-lejl il-Corte di Cassazione qrat is-sentenza tal-proċess ta’ Calciopoli. Luciano Moggi ma nstabx ħati ta’ żewġ kapi tal-akkuża li jirrigwardaw frodi sportiva. L-akkuża l-oħra, dik ta’ associazione a delinquere, ġiet preskritta (kemm għalih kif ukoll għal Giraudo). Ma nstabux ħatja l-eks referees Bertini, Dattilo u Mazzei. Ikkonfermati s-sentenzi ta’ ħtija għal De Sanctis u Racalbuto. Matthew Scerri