Calciopoli. Stennija kbira għas-sentenza

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn mument għall-ieħor qed nistennew is-sentenza definittiva tal-Cassazione dwar il-proċess ta’ Calciopoli. Kollox jindika li mexjin lejn preskrizzjoni għal Moggi u Giraudo, għalkemm xorta waħda dan ma jfissirx li nstabu mhux ħatja. Wieħed irid jara x’se jkun miktub fis-sentenza dwar Juventus. Jekk ikun konfermat dak li hemm fis-sentenza tat-tieni grad ta’ dan il-proċess, jiġifieri li Juventus mhux ħatja, allura l-Bianconeri …

Calciopoli. Preskrizzjoni għal Moggi u Giraudo

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum qed jinstema’ l-aħħar grad tal-Appell fil-proċess ta’ Calciopoli. Quddiem il-Cassazione, intalab li Luciano Moggi u Antonio Giraudo ma jeħlu xejn peress li l-fatti huma issa preskritti. Mill-ewwel indikazzjonijiet jirriżulta li Moggi ma nstabx innoċenti, biss l-ebda passi ma jistgħu jittieħdu fil-konfront tiegħu peress li kollox ġie preskritt. Matthew Scerri

Tavecchio: “Juventus rebħu 32 scudetto fil-grawnd”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Juventus kienu mingħajr dubji l-aktar b’saħħithom. Rebħu 32 scudetto. It-tim ma seraq xejn u ma kellux bżonn inganni. Qed ngħid dan bħala supporter Interist fil-passat, anki jekk xi ftit iktar biered.” Kliem ta’ ħadd ħlief Carlo Tavecchio f’intervista lil “La Repubblica”. Finalment xi ħadd li jammetti l-verità minn ħdan l-FIGC. Il-kliem ta’ Tavecchio jikkonferma dak li dejjem għidna: Juventus kellhom …

Firmino jiswa wisq

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħbar tal-lum hu li Juventus għamlu kuntatt ma’ Hoffenheim u talbu xi informazzjonijiet dwar Roberto Firmino. Il-midfielder Brażiljan jinsab fil-mira ta’ Juventus. Madankollu l-prezz tiegħu hu għoli wisq hekk kif Hoffenheim qed jitolbu 30 miljun Ewro għalih. Matthew Scerri

Calciopoli. Wasalna għad-D Day

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada se jkollna l-aħħar att tal-Proċess ta’ Calciopoli. Jekk ikun konfermat li Juventus ma kinux ħatja ta’ tbagħbis ta’ partiti, huma jkunu jistgħu jkomplu bl-azzjonijiet legali sabiex jitolbu lill-FIGC tħallashom għad-danni marbuta ma’ Calciopoli. Juventus qed jitolbu 443 miljun Ewro f’danni. Il-Bianconeri se jistennew is-sentenza t’għada b’ħerqa kbira. Intant Moggi ħabbar li hu lest ikompli jiġġieled sabiex il-Qrati jagħtuh raġun. …