Uffiċjali: id-dettalji tal-ftehim ma’ Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali d-dettalji tal-ftehim ma’ Milan għat-trasferimenti ta’ Higuain, Bonucci u Caldara. Higuain se jingħaqad b’self ma’ Milan, liema self se jkun imħallas 18-il miljun Ewro. Milan għandhom id-dritt li jekk irid is-sena d-dieħla jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 36 miljun Ewro. Juventus u Milan partu anki lil Bonucci u Caldara. It-tnejn li huma ngħataw l-istess valur ta’ …

Higuain, Bonucci u Caldara. Kollox maqbul!

MatthewJuve News Leave a Comment

Higuain allegatament aċċetta t-trasferiment b’self ma’ Milan wara li Juventus offrewlu somma flus sabiex jaqbel mal-kundizzjonijiet tal-ftehim ma’ Milan. Ir-Rossoneri se jkunu qed iħallsu 18-il miljun Ewro għas-self ta’ Higuain u se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla għal 36 miljun Ewro oħra. Juventus u Milan qablu wkoll li jibdlu lil Bonucci u Caldara. S’issa għadu mhuwiex ċert …

Higuain qed iżomm kollox

MatthewJuve News Leave a Comment

Gonzalo Higuain mhux lest jaċċetta s-self ma’ Milan. F’dan l-istadju jidher li kollox jinsab wieqaf u b’mod inkredibbli dak li deher bħala ftehim ċert issa jidher li jista’ jisfaxxa fix-xejn. In-negozjati se jkomplu għaddejjin. Intant is-siti tal-isports qed jirrapurtaw li Higuain jista’ jwaqqaf anki l-bdil bejn Bonucci u Caldara. Matthew Scerri

Leonardo ried bilfors lil Caldara!

MatthewJuve News Leave a Comment

La Gazzetta dello Sport qed tiżvela li Leonardo ried akkost ta’ kollox lil Caldara, tant li kien lest iwaqqaf in-negozjati ma’ Juventus għal Higuain u Bonucci. Fil-pjanijiet ta’ Milan, Caldara hu d-difensur li se jifforma ma’ Romagnoli l-koppja ċentrali tagħhom għas-snin li ġejjin. Matthew Scerri

Bonucci, Caldara, Higuain. Imminenti l-aħbar uffiċjali tal-ftehim bejn Juventus u Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Jum ieħor ta’ ħidma għal Marotta, Paratici u Leonardo. Aktar kmieni llum id-diriġenti Juventini marru f’Casa Milan biex jitkellmu ma’ Leonardo. Wara Marotta u Paratici kellhom laqgħa ma’ Nicolas Higuain sabiex ikomplu jiddiskutu l-ftehim għat-trasferiment ta’ Gonzalo ma’ Milan. Finalment, imbagħad, Leonardo laqa’ f’Casa Milan lill-aġent ta’ Caldara. F’dan l-istadju kollox jindika li daqt ikun imħabbar il-bdil Bonucci-Caldara u s-self …

L-aġent ta’ Caldara f’laqgħa ma’ Leonardo

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent ta’ Caldara, Giuseppe Riso wasal fis-sede ta’ Milan u mistenni jiltaqa’ ma’ Leonardo. Huma se jkunu qed jiddiskutu d-dettalji tal-kuntratt ta’ Caldara ma’ Milan. Kollox jindika li malli Caldara jaċċetta t-trasferiment ma’ Milan, il-klabbs ikunu jistgħu jħabbru uffiċjalment il-bdil bejn Bonucci u Caldara. Matthew Scerri

Chelsea jidhru iktar interessati f’Caldara milli f’Rugani

MatthewJuve News Leave a Comment

Iċ-CEO ta’ Chelsea, Marina Granovskaia, allegatament infurmat lil Paratici li l-klabb Ingliż lest joffri bejn 40 u 45 miljun Ewro għal Caldara. Offerta li qed tinteressa lil Juventus skont Tuttosport. F’dan l-istadju jidher li Chelsea dawru l-interess tagħhom minn fuq Rugani għal fuq Caldara. Probabbli dan hu dovut għall-fatt li l-valur li kien qed jingħata lil Rugani kien qrib is-60 …