Juventus joffru kuntratt lil Caligara

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent Luca Ariatti jinsab Turin u qed jiddiskuti l-kuntratt ta’ Fabrizio Caligara. Juventus ma jridux jitilfu lil dan il-plejer ferm promettenti tat-tim Primavera li ftit xhur ilu kien ġie mfaħħar minn Allegri stess. Caligara se jkun offrut kuntratt ta’ plejer professjonali bil-għan ma jitħajjarx jitlaq. Matthew Scerri

Allegri jfaħħar lil Kean u Caligara

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum, Massimiliano Allegri pubblikament faħħar żewġ plejers ta’ Juventus Primavera. Dawn huma Moises Kean u Fabrizio Caligara. Dwar Kean tkellimna kemm-il darba: hu attakkant li fl-istil ta’ logħob jixbah lil Balotelli. Caligara, imbagħad, hu midfielder b’xutt mill-aqwa u b’sens tal-pożizzjoni mill-ifjen. Matthew Scerri