Operazzjoni għal Cancelo

MatthewJuve News Leave a Comment

Joao Cancelo se jkun operat għada wara li kiser imnieħru fil-partita kontra Atalanta. L-operazzjoni mhix waħda serja u jista’ jkun li jkun jista’ jilgħab l-aħħar partita tal-kampjonat. Matthew Scerri

Cancelo: “Il-futur tiegħi hu ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn DAZN, Joao Cancelo stqarr li hu jinsab kuntent ma’ Juventus u li jara l-futur tiegħu biss ma’ Juventus. “Tgħallimt ħafna kemm ilni hawn għax meta tittrenja ma’ plejers ta’ klassi ma tistax ma titgħallimx,” qal Cancelo. Dwar Allegri, il-Portugiż qal: “Napprezzah ħafna. Hu wieħed mill-aqwa kowċis tad-dinja.” Matthew Scerri

Cancelo mhux 100% f’sikktu

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont IlBiancoNero.com Joao Cancelo ma lagħabx kontra Milan b’mod prekawzjonali minħabba li ma kienx 100% f’sikktu. Hu jidher li m’għandu xejn preokkupanti u suppost se jkun jista’ jilgħab kontra Ajax. Matthew Scerri

Icardi jagħmel ‘like’ għal ritratt ta’ Cancelo wara r-rebħa tal-bieraħ

MatthewJuve News Leave a Comment

Kien biżżejjed li Icardi jagħmel ‘like’ fuq Instagram għal ritratt imtella’ minn Cancelo biex mill-ġdid reġgħu bdew l-ispekulazzjonijiet dwar il-possibbiltà li l-Arġentin jingħaqad ma’ Juventus. Icardi hu ħabib ta’ Cancelo wara li lagħbu flimkien ma’ Inter is-sena li għaddiet. Hu normali li plejers ħbieb isegwu lil xulxin fuq is-social media u ġieli jagħmlu ‘likes’. Madankollu Icardi jidher li qabel qatt …

Dybala u Cancelo mhux mistennija jkunu mal-ewwel ħdax

MatthewJuve News Leave a Comment

Kollox jindika li Paulo Dybala se jerġa’ ma jibdix mill-ewwel minuta anki kontra Sassuolo. Fil-fatt il-gazzetti u s-siti tal-isports qed jirrapurtaw li fuq quddiem t-trio tal-attakk se jkun magħmul minn Bernardeschi, Ronaldo u Mandzukic. Sorpriża anki fid-difiża fejn x’aktarx Cancelo se jibda bħala riserva, filwaqt li se jilgħab De Sciglio. Juventus (4-3-3): Szczesny; De Sciglio, Caceres, Rugani, Alex Sandro; Khedira, …

Super Cup Taljana – Benatia barra. Rugani u Cancelo mhumiex 100%

MatthewJuve News Leave a Comment

Mehdi Benatia se jitlef il-Finali tas-Super Cup Taljana ta’ nhar l-Erbgħa. Kien Allegri stess li ta indikazzjonijiet f’das-sens fi tmiem il-konfront tal-Coppa Italia. Illum Benatia lanqas biss ittrenja. Intant anki Rugani mhuwiex mija fil-mija f’sikktu tant li ma ttrenjax il-ħin kollu mal-bqija ta’ sħabu. L-istess jgħodd għal Cancelo li seta’ jittrenja mat-tim biss għal xi ħin. Matthew Scerri