Cassano … kemm hu sew li tkun ‘soldatino’

MatthewJuve News Leave a Comment

Tiftakru meta madwar sentejn ilu Cassano kien stqarr li hu qatt mhu se jilbes il-flokk ta’ Juventus għax mal-Bianconeri l-plejers kollha huma ‘soldatini’ (jiġifieri jridu jobdu dak li jgħidulhom)? Forsi tajjeb li sentejn wara nagħmlu summary ta’ dak dan in-non-‘soldatino’ għamel u kiseb f’dawn is-sentejn. Mela l-ewwel kien ma’ Parma, klabb fallut li ma bediex jagħtih il-paga u allura kellu …

Marotta jwieġeb lil Cassano

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista lil programm ta’ Canale 5, Antonio Cassano sostna li hu qatt ma ħass ebda faxxinu għal Juventus tant li rrifjuta erba’ darbiet l-offerti tagħhom. Qabel Roma-Juventus, Marotta qal li hu japprezza ħafna lil Cassano imma ċaħad li fl-aħħar ħames snin Juventus qatt ressqu xi offerta lil Cassano. Skont Marotta, Cassano kien qed jirreferi għal episodji tal-passat. Intant Marotta tkellem …

Żminijiet diffiċli għal Osvaldo u Cassano

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar jiem issemmew ma’ Juventus kemm Osvaldo kif ukoll Cassano. It-tnejn li huma għaddejjin minn perjodu diffiċli ferm mal-klabbs rispettivi tagħhom tant li daħlu fin-nofs jew se jidħlu l-qrati.  Cassano qed jitlob li jitħallsulu l-pagi tax-xhur li għaddew u ressaq rikors fil-Qorti għal dan l-għan. Osvaldo, mill-banda l-oħra, ma tħalliex jidħol fit-training camps ta’ Inter u qed jikkunsidra li jiftaħ …

Imsemmi anki Cassano

MatthewJuve News 1 Comment

Sebastian Giovinco verament jista’ jsellem lil Juventus. Tant hu hekk li fl-aħħar sigħat żdiedu x-xnigħat dwar akkwisti possibbli min-naħa ta’ Juventus. Fost dawn hemm anki Antonio Cassano. ‘Sportmediaset’ tirraporta li Juventus lesti jieħdu lil Cassano b’self sa tmiem l-istaġun. Min-naħa tiegħu Cassano lest jaċċetta din l-offerta. Madankollu Juventus se jibqgħu jagħtu l-ewwel preferenza tagħhom lil Zaza. Cassano, biex ngħidu hekk, …