Cassata jibda ħażin

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Francesco Cassata ddebutta ma’ Sassuolo fil-partita kontra Spal. Id-debutt ma kienx xi wieħed hekk kif tkeċċa wara biss erba’ minuti għal daħla kerha. Matthew Scerri

Uffiċjali: Cassata ma’ Sassuolo

MatthewJuve News Leave a Comment

Sassuolo ħabbru b’mod uffiċjali li xtraw lil Francesco Cassata mingħand Juventus. Id-dettalji tat-trasferiment għadhom mhux magħrufa u qed nistennew l-istqarrija ta’ Juventus biex ikollna l-konferma li l-Bianconeri għandhom id-dritt tar-recompra. Matthew Scerri

Benevento wkoll iridu lit-talenti ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tim ta’ Benevento, li għadu kemm ġie promoss fis-Serie A, qed ifittex sinerġija ma’ Juventus bit-tama li jikseb mingħand il-Bianconeri xi talenti li bihom jissaħħaħ it-tim tagħhom għas-sena d-dieħla. Bħal diversi klabbs oħra huma ħabbtu l-bibien ta’ Juventus għal nies bħal Cassata, Favilli, Leali u Rogerio. Juventus lesti jgħinuhom, biss qed jistennew ftit qabel jikkommettu ruħhom dwar min se jgħaddulhom. …

Cassata ma’ Sassuolo bid-dritt tar-recompra?

MatthewJuve News Leave a Comment

Sassuolo jridu lil Cassata biex jimlew il-vojt li se jħalli Pellegrini bir-ritorn tiegħu ma’ Juventus. Skont Calciomercato.com Sassuolo jixtiequ jixtru lil Cassata bl-istess mod li bih kienu kisbu lil Pellegrini, jiġifieri jixtruh għal kollox mingħand Juventus u jħallu lill-Bianconeri d-dritt tar-recompra għall-futur. Matthew Scerri

Marotta u Paratici jridu jsibu tim għad-diversi talenti żgħażagħ li Juventus għandhom

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi klabbs tas-Serie A jinsabu f’kuntatti ma’ Juventus bit-tama li jirnexxilhom jiksbu xi wħud mit-talenti żgħażagħ li hemm fit-tim Juventin. Qabelxejn hemm Mandragora u Mattiello li ftit li xejn se jingħataw spazju minn Allegri u allura x’aktarx se jħallu lil Juventus. Imbagħad hemm it-talenti ta’ Juventus Primavera li jinsabu lesti għall-ewwel esperjenza ma’ tim professjonistiku. Nies bħal Kean u Clemenza …