Dejjem iktar probabbli t-tpartit bejn Han u Cerri

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulma jmur qed isir dejjem iktar probabbli li Juventus u Cagliari jilħqu ftehim għat-tpartit bejn Han u Cerri. Il-Bianconeri jemmnu ħafna fl-attakkant mill-Korea ta’ Fuq, Han. Huma qed joffru lil Cagliari li jagħtuhom minfloku lil Alberto Cerri. Han, ovvjament, se jibqa’ misluf lil Perugia sal-kumplament  tal-istaġun, filwaqt li Cerri x’aktarx se jingħaqad ma’ Cagliari immedjatament. Matthew Scerri

Bdil Cerri-Han?

MatthewJuve News Leave a Comment

Cagliari tefgħu għajnejhom fuq Alberto Cerri, l-attakkant li Juventus li jinsab misluf fis-Serie B. Juventus lesti jinnegozjaw ma’ Cagliari bil-kundizzjoni li jiksbu minflok lil Han Kwang Song li attwalment qed jilgħab ma’ Perugia. L-idea hi li Cerri jissieħeb ma’ Cagliari immedjatament, filwaqt li Juventus jiksbu lil Han u jħalluh sa Ġunju misluf lil Perugia. Matthew Scerri

Cerri ma’ Spal

MatthewJuve News Leave a Comment

Ftit jiem ilu deher li Alberto Cerri kien se jkompli l-karriera tiegħu billi jingħaqad ma’ Brescia. Issa qed ikun rappurtat li hu jinsab qrib ħafna li jiffirma ma’ Spal minflok. Jingħad li l-aħħar dettalji tat-trasferiment qed ikunu diskussi u daqt tingħata l-aħbar uffiċjali. Matthew Scerri

Cerri jiftaħ it-triq għal Morosini

MatthewJuve News Leave a Comment

Alberto Cerri jista’ jkun l-ewwel wieħed li jitlaq minn Vinovo hekk kif Brescia qed jiffinalizzaw it-trasferiment tiegħu magħhom fuq bażi ta’ self. Wisq probabbli Cerri se jkun parti minn deal li se jwassal biex Juventus jakkwistaw mingħand Brescia lill-plejer ta’ nofs il-grawnd, Leonardo Morosini. Matthew Scerri

Chievo jridu lil Cerri

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘La Gazzetta dello Sport’ Chievo jinsabu interessati ferm li jiksbu lil Alberto Cerri. Cagliari ma tantx jixtiequ jħalluh jitlaq, għalkemm Juventus għandu kull interess li hu jibda esperjenza fis-Serie A. Matthew Scerri