Llorente, l-Ispanjol kontra l-Ispanjoli

MatthewJuve News Leave a Comment

Għadda l-maġġor parti tal-karriera tiegħu ma’ Athletic Bilbao. Sentejn ilu ħass li kellu jipprova esperjenza ġdida u ġie ma’ Juventus. Il-bidu kien diffiċli għalih, b’Conte li rari kien jilagħbu. Bil-mod il-mod beda jintegra fit-tim u kiseb post regolari fl-attakk Juventin flimkien ma’ Tevez. Din is-sena sabha iktar diffiċli jidħol fil-mekkaniżmi tal-logħob ta’ Allegri. Spiċċa tilef postu mal-ewwel ħdax a skapitu …

Juventus-Barcellona. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Barcellona ltaqgħu tmien darbiet oħra fil-passat f’partiti uffiċjali. Il-Bianconeri rebħu erbgħa minn dawn il-partiti, bil-konfronti jispiċċaw darbtejn draw u Barcellona jirbħu żewġ konfronti. F’dawn l-isfidi Juventus skorjaw 10 gowls, filwaqt li huma 9 l-gowls skorjati minn Barcellona. Jekk nieħdu in konsiderazzjoni biss il-konfronti fiċ-Champions League, naraw li hemm ekwilibriju totali. Fil-fatt f’erba’ konfronti kellna rebħa kull wieħed għal …

Angelo Ogbonna. Lest jagħti sehmu bħal dejjem

MatthewJuve News Leave a Comment

Mal-wasla tiegħu ma’ Juventus, Angelo Ogbonna kellu jitħabat mhux ftit biex jikseb is-simpatija tas-supporters Bianconeri. Hu fil-fatt kien il-captain ta’ Torino u proprju minħabba dan il-passat tiegħu kien hemm daqsxejn ta’ antipatija fil-konfront tiegħu. Dan minkejja li hu ried b’saħħa jingħaqad ma’ Juventus u rrifjuta offerti aqwa minn klabbs oħra biex jilbes il-flokk Juventin. Fl-ewwel sena l-wirjiet tiegħu ma kinux …

Mis-Serie B għall-Finali ta’ Berlin ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-mixja ta’ Juventus lejn Berlin ilha li bdiet mill-2006, minn dak il-misħut Lulju li fih spiċċajna mixħuta fis-Serie B minħabba l-akkużi ta’ Calciopoli. Filli konna l-aqwa tim fl-Italja bi tmiem plejers tagħna li lagħbu l-Finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 u filli kellna tim imżarma b’diversi plejers iħalluna. Minn dakinhar Juventus bdew bil-mod il-mod jibnu t-tim tagħhom. Buffon-Del Piero-Camoranesi-Nedved-Trezeguet għażlu li jibqgħu …

Caceres, il-plejer li jista’ jikseb it-Triplete għat-tieni darba fil-karriera

MatthewJuve News Leave a Comment

Martin Caceres jista’ jwaqqaf rekord importanti ferm fis-6 ta’ Ġunju. Jekk Juventus jirbħu ċ-Champions League, Caceres isir it-tieni plejer fl-istorja li rnexxilu jikseb it-triplete ma’ żewġ timijiet differenti. S’issa kien Samuel Eto’o biss li rnexxilu jagħmel dan. Caceres kien diġà rebaħ it-triplete ma’ Barcellona. Hu għaldaqstant l-eks plejer tal-partita. Ovvjament Caceres mhux se jkun jista’ jinżel fil-grawnd nhar is-Sibt peress …

Morata: “Nistgħu negħlbu lil kulħadd”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lil “Uefa.com”, Alvaro Morata stqarr li jemmen li Juventus jistgħu jegħlbu lil kwalunkwe avversarju. Hu sostna li din mhux se jiddispjaċih jiskorja kontra Barcellona u esprima x-xewqa li jibqa’ ma’ Juventus anki fis-snin li ġejjin. Din hi l-intervista: Morata rinnova la sfida al Barça “Segnare contro il Barcellona non sarebbe così doloroso come contro il Real Madrid”, ha …

Ottimisti li Barzagli jista’ jirkupra

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ‘Tuttojuve.com’ qed jirraporta li hemm ċertu ottimiżmu li Andrea Barzagli se jilħaq jirkupra sal-Finali taċ-Champions League. Dan ifisser li Barzagli probabbli se jkun għad-dispożizzjoni ta’ Allegri nhar is-Sibt. Tajjeb ngħidu però li Barzagli xorta waħda mhux se jilgħab mill-ewwel minuta. Matthew Scerri

Intervista lil Buffon

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit tal-UEFA intervista lil Gigi Buffon. Qed inġibu hawnhekk din l-intervista: Sulla vittoria contro il Real Madrid CF che è valsa la finale… Ho sentito una felicità immensa che avevo provato solo in un paio di occasioni. Quando non sei favorito o comunque non sei la squadra più forte, passare il turno è qualcosa di davvero gratificante. Sul ritorno all’Olympiastadion… …