Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Bayer Leverkusen

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus (4-3-3): Szczesny; Cuadrado, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Khedira, Pjanic, Matuidi; Bernardeschi, Higuain, Ronaldo.Fuq il-bank tas-sostituti: Buffon, Ramsey, Dybala, Rugani, Rabiot, Demiral, Bentancur. Bayer Leverkusen (4-4-2): Hradecky; S. Bender, Tah, L. Bender, Wendell; Havertz, Baumgartlinger, Aranguiz, Demirbay; Alario, Volland. Fuq il-bank tas-sostituti: Ozcan, Dragovic, Paulinho, Amiri, Diaby, Sinkgraven, Weiser.

Juventus kontra Bayer Leverkusen għat-tielet darba fl-istorja

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-istorja taċ-Champions League nsibu li Juventus u Bayer Leverkusen kienu avversarji fil-gruppi tal-edizzjoni 2001/02. L-ewwel partita kienet intrebħet minn Juventus bl-iskor ta’ 4-0 (doppjetta ta’ Trezeguet, gowls ta’ Del Piero u Tudor). Ir-return match fil-Ġermanja rat lil Bayer joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1. Il-filmat t’hawn taħt huma l-aqwa siltiet tal-partiti li semmejna.

Magħrufa l-grawnds fejn se jintlagħbu l-Finali taċ-Champions League bejn l-2021 u l-2023

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Uefa stabilixxa fejn se jintlagħbu l-Finali taċ-Champions League għas-snin 2021-2023. Fl-2021 il-Finali se tinlagħab fis-Saint Petersburg Stadium, f’San Pietroburgu, ir-Russja. Is-sena ta’ wara se jkun imiss lill-belt ta’ Munich biex tospita l-Finali fil-Football Arena Munich. Imbagħad fl-2023 il-Finali se tintlagħab fil-Wembley Stadium tal-Ingilterra. Matthew Scerri