Juventus-Bayern Munich għad-disa’ darba fl-istorja

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar it-Tlieta Juventus u Bayern Munich se jkunu qed jaffrontaw lil xulxin għad-disa’ darba fl-istorja taċ-Champions League.  S’issa, fit-tmiem partiti li kellna, il-bilanċ hu kemxejn favur Bayern Munich li rebħu nofs il-konfronti. Ir-rebħiet ta’ Juventus jammontaw għal tlieta, bil-partita l-oħra tintemm bi draw. Fil-konfronti diretti kollha Juventus skorjaw 6 gowls, b’dawk ta’ Bayern ikunu 11. Matthew Scerri

Il-lista ta’ Juventus għaċ-Champions League

MatthewJuve News Leave a Comment

Tħabbret il-lista ta’ plejers li Juventus se jutilizzaw fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League. Fil-lista nsibu lil: Gowlkipers: Buffon, Neto, Audero Difensuri: Chiellini, Caceres, Alex Sandro, Barzagli, Bonucci, Rugani, Lichtsteiner, Evra Midfielders: Khedira, Marchisio, Pogba, Asamoah, Sturaro, Pereyra, Hernanes Attakkanti: Cuadrado, Zaza, Morata, Mandzukic, Dybala Matthew Scerri

Barzagli fl-aqwa tim tal-Uefa Champions League

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Barzagli jifforma parti mill-aqwa tim tal-Uefa Champions League f’din l-ewwel fażi tal-gruppi. It-tim kollu hu magħmul minn: Kevin Trapp (PSG); Barzagli (Juventus), Thiago Silva (PSG), Godìn (Atletico Madrid), Alaba (Bayern Munich); Sterling (Manchester City), Willian (Chelsea), Sven Kums (Gent); Cristiano Ronaldo, (Real Madrid), Hulk (Zenit), Thomas Muller (Bayern Munich). Matthew Scerri

Il-polza kollha tal-Uefa Champions League

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-polza tar-rawnd tal-Aħħar Sittax tal-Uefa Champions League għadu kemm intemm. Dawn huma l-partiti kollha ta’ dan ir-rawnd: KAA Gent-Wolfsburg Roma-Real Madrid PSG-Chelsea Arsenal-Barcellona Juventus-Bayern Munich PSV-Atletico Madrid Benfica-Zenit Dynamo Kiev-Manchester City Matthew Scerri

Juventus-Bayern Munich fiċ-Champions League

MatthewJuve News Leave a Comment

L-avversarji ta’ Juventus fir-rawnd li jmiss tal-Uefa Champions League se jkunu Bayern Munich. Il-polza ma daħkitx lil Juventus li se jkollhom jilagħbu kontra wieħed mill-aqwa timijiet tal-Ewropa. Din se tkun ukoll l-opportunità li għall-ewwel darba Vidal u Coman jilagħbu kontra l-eks tim tagħhom. Matthew Scerri

Magħrufa l-aħħar sittax taċ-Champions League

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-partiti tal-bieraħ issa nafu eżattament liema huma t-timijiet li għaddew għar-rawnd tal-aħħar sittax taċ-Champions League. It-timijiet li rebħu l-grupp huma: Real Madrid, Wolfsfburg, Atletico Madrid, Manchester City, Barcellona, Bayern Munich, Chelsea u Zenit. It-tieni klassifikati huma: PSG, PSV, Benfica, Juventus, Roma, Arsenal, Dynamo Kiev u Gent. Il-polza se ssir nhar it-Tnejn 14 ta’ Diċembru. Tajjeb infakkru l-kriterji ta’ din …

Sevilla-Juventus 1-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Ix-xorti fiċ-Champions League ma tantx tidħkilna. Minkejja wirja mill-aqwa u ħafna azzjonijiet ta’ gowls maħluqa, Juventus tilfu kontra Sevilla u spiċċaw fit-tieni post tal-grupp wara Manchester City. Il-wirja kontra Sevilla kkonfermat il-progress kbir li għamel it-tim u hi tassew ħasra li l-affarijiet marru kif marru għax Juventus kien ħaqqhom iktar minn Manchester City li jkunu l-ewwel fil-grupp. Imma insomma, il-futbol …

Partita fundamentali biex nevitaw lit-timijiet il-kbar

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-partita tal-llejla hi fundamentali fil-mixja ta’ Juventus fiċ-Champions League.  Fil-fatt Juventus iridu jiġu  l-ewwel fil-grupp sabiex jevitaw li fir-rawnd li jmiss jilagħbu kontra timjiet tal-kalibru ta’ Barcellona, Real Madrid u Bayern Munich. Kif nafu fil-polza għar-rawnd li jmiss min jiġi l-ewwel fil-grupp se jilgħab kontra min ġie t-tieni. Matthew Scerri