Il-kummenti tal-plejers Bianconeri ħamest ijiem ‘il bogħod minn Juventus-Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum kellna l-Media Day fil-Juventus Stadium, jiġifieri l-ġurnalisti kienu mistiedna jassistu għat-training u wara ħadu l-kummenti ta’ uħud mill-plejers tat-tim. Dan hu dak li qalu skont kif miġjub minn Juventus.com: Angelo Ogbonna: “Per me è una enorme soddisfazione al secondo anno qui alla Juve. Questo è un gruppo vincente, mi hanno aiutato a integrarmi e adesso siamo qui: il sogno …

Dubju wieħed biss għal Allegri

MatthewJuve News Leave a Comment

Massimiliano Allegri għandu dubju wieħed biss dwar il-11 li se jibgħat fil-grawnd kontra Barcellona. Juventus se jilagħbu bis-sistema 4-4-2. Quddiem Buffon se jkollna lil Lichtsteiner, Bonucci, Chiellini u Evra. F’nofs il-grawnd huma ċerti minn posthom Marchisio-Vidal-Pogba. Il-koppja tal-attakk se tkun magħmula minn Tevez u Morata. L-uniku dubju hu dwar ir-raba’ midfielder. Għal dan il-post Allegri jrid jagħżel bejn Pirlo, Pereyra …

Video: Preview Juventus-Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

Bdejna l-ġimgħa tal-Finali taċ-Champions League. Nhar is-Sibt 6 ta’ Ġunju Juventus u Barcellona se jiltaqgħu biex ikun stabbilit min se jkun iċ-Champion tal-Ewropa għal din is-sena. Il-video t’hawn taħt hu wieħed ta’ preżentazzjoni għal dan il-konfront.

Padoin, il-‘gregario’ tat-tim

MatthewJuve News Leave a Comment

Simone Padoin hu l-klassiku ‘gregario’ li ssib f’kull tim kbir. Biex ngħidu hekk hu dak li ma jkollux teknika kbira partikolari, imma jagħti sehem prezzjuż lit-tim peress li jiġri, jitħabat u jitqabad fil-grawnd flimkien ma’ sħabu. Conte riedu b’saħħa ma’ Juventus u anki Allegri fehem l-importanza tiegħu. Nistgħu ngħidu li fl-aħħar snin Padoin lagħab f’diversi pożizzjoni ta’ nofs il-grawnd u …

Street Party – Inizjattiva oħra għal min mhux membru

MatthewJuve News Leave a Comment

Ghal min ghadu mhux membru din tista tkun okkazjoni tajba ghax il €5 entratura li ser tithallas fli-Street Party tista tissarraf bhala parti mil-hlas tat-tesserament ghall-istagun li jmiss kif ukoll tista tintuza sabiex ikunu jistaw jidhlu il-club fl’okkazjoni ta zjara tal ex-player Juventin u ta-team nazzjonali Alessandro Birindelli kif ukoll xi players jew dirigenti li jistaw jigu. Ghalhekk zommu il-wristband …

Allegri se jaffronta lil Barcellona għad-disa’ darba!

MatthewJuve News Leave a Comment

Massimiliano Allegri mhux se jkun qed iħabbat wiċċu għall-ewwel darba ma’ Barcellona fis-6 ta’ Ġunju. Fil-fatt fil-karriera tiegħu hu diġà affrontahom tmien darbiet. Komplessivament hu kellu rebħa waħda biss, 3 draws u 4 telfiet. Jidher però li Allegri mhux qed jibża’ din id-darba peress li ilu jirrepeti li f’konfront dirett wieħed Juventus jistgħu jegħlbu lil Barcellona. Matthew Scerri

Fl-istess stadium tat-Tazza tad-Dinja!!

MatthewJuve News Leave a Comment

Buffon, Pirlo u Barzagli sejrin mill-ġdid Berlin disa’ snin wara l-Finali tat-Tazza tad-Dinja. Il-Finali taċ-Champions League se tintlagħab fl-istess Stadium fejn l-Italja kienet rebħet it-Tazza tad-Dinja. Għal Buffon, Pirlo u Barzagli din se tkun partita speċjali ferm u forsi jistgħu jirbħu l-ogħla unur għall-Clubs hekk kif resqin lejn l-aħħar snin tal-karriera tagħhom. Buffon, imbagħad, se jkollu l-opportunità li jpatti għall-Finali …

Romulo, staġun imħarbat mill-injuries

MatthewJuve News Leave a Comment

Malli Juventus kisbu s-servizzi ta’ Romulo b’self is-sajf li għadda, l-impressjoni ta’ kulħadd kienet li għamilna akkwist tajjeb. Fis-snin li qatta’ l-Italja, Romulo dejjem lagħab b’ċerta konsistenza u għaraf jgħaqqad flimkien il-kwalitajiet tekniċi tiegħu personali mal-ħtieġa li jiġri u jgħin lil sħabu tat-tim. Sfortunatament l-injuries persistenti din is-sena żammewh barra mill-azzjoni l-istaġun kollu. Allegri seta’ jilagħbu biss f’ħames partiti komplessivament. …

Ilħaqna rekord ta’ Bayern Munich!

MatthewJuve News Leave a Comment

Bil-Finali tas-6 ta’ Ġunju Juventus laħqu r-rekord ta’ Bayern Munich. Fil-fatt s’issa Bayern kienu l-uniku tim li tela’ fil-Finali tat-Tazza taċ-Champions/Champions League f’ħames deċenji konsekuttivi. Huma ġew milħuqa minn Juventus li huma wkoll mis-Snin Sebgħin ‘l hawn telgħu fil-Finali f’ħames deċenji differenti wara xulxin. F’din il-klassifika speċjali, wara Juventus u Bayern insibu lil Real u Barcellona b’Finali f’erba’ deċenji konsekuttivi, …

Lichtsteiner, l-utilità ta’ plejer li jaf jilgħab f’pożizzjonijiet differenti

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġiri, is-saħħa atletika u d-dinamiżmu huma l-kwalitajiet ta’ Lichtsteiner li tant apprezzajna fl-aħħar snin. Illum il-ġurnata hu plejer fl-aqwa tal-maturità tiegħu u kolonna f’dan iċ-ċiklu rebbieħ tal-Bianconeri. Conte u Allegri dejjem sabuh prezzjuż għall-fatt li jista’ jilgħab kemm bħala full-back fid-difiża kif ukoll fil-pożizzjoni ta’ winger fis-sistema tat-3-5-2. Proprju għall-fatt li kapaċi jilgħab f’pożizzjonijiet differenti jagħmlu verament utli għat-tim. S’issa …