Monaco se jkunu l-avversarji ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Monaco se jkunu l-avversarji ta’ Juventus fil-Kwarti-Finali taċ-Champions League. Il-polza sħiħa li kellna ftit tal-minuti ilu hi din: PSG-Barcellona Atletico Madrid-Real Madrid Porto-Bayern Monaco Juventus-Monaco L-ewwel konfront bejn Juventus u Monaco se jintlagħab fil-Juventus Stadium fll-14 ta’ April, bir-return match ikun fit-22 ta’ April. Matthew Scerri

Rebħa li tfisser dħul ta’ 9 miljun Ewro

MatthewJuve News Leave a Comment

9 miljuni. Daqshekk se jdaħħlu Juventus għas-sempliċi fatt li għaddew għar-rawnd li jmiss taċ-Champions League. Ovvjament aħna kuntenti l-iktar mil-lat sportiv għar-rebħa tal-bierah, imma ma nistgħux ma nagħtux kas anki l-aspett finanzjarju. Dawn il-miljuni se jagħmluha possibbli għal Juventus li jagħlqu s-sena finanzjarja bla deficit. Matthew Scerri

Champions League. Għada l-polza

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada, l-Ġimgħa 20 ta’ Marzu f’nofsinhar se tittella’ l-polza tal-Kwarti-Finali taċ-Champions League. It-timijiet li waslu sa din il-fażi huma: Juventus, Real Madrid, Barcellona, Atletico Madrid, PSG, Bayern Munich, Porto u Monaco. Matthew Scerri

Juventus jinsabu l-Ġermanja

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus waslu l-Ġermanja u llejla marru l- Westfalenstadion Stadium sabiex jaraw ftit l-istadium fejn għada se jilagħbu kontra Borussia Dortmund. L-aħbar it-tajba hi li Pogba għaddilu u jinsab lest biex għada jilgħab u jitqabad fil-grawnd. Dawn li ġejjin huma l-ħdax-il plejer li se jibdew mill-ewwel minuta: Juventus (4-3-1-2): Buffon; Lichtsteiner, Bonucci, Chiellini, Evra; Vidal, Marchisio, Pogba; Pereyra; Tevez, Morata. Matthew Scerri

Juventus-Borussia Dortmund. Sfida mimlija storja

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-konfront bejn Juventus u Borussia Dortmund fir-rawnd tal-Aħħar Sittax se jkun wieħed li se jfakkarna f’ħafna sfidi bejn it-timijiet fis-Snin Disgħin. Dak iż-żmien it-timijiet lagħbu kontra xulxin diversi drabi u saħansitra sfidaw lil xulxin f’żewġ finali tal-kompetizzjonijiet Ewropej. Barra minn hekk kien proprju fl-isfidi bejn Juventus u Borussia twieldu l-famużi gowls ‘a la Del Piero’, kif ukoll servew sabiex Juventus …