Posts

Injury muskolari għal Demiral

Merih Demiral sofra injury muskolari u se jkollu jibqa’ barra għal madwar għaxart ijiem. Bħalissa Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali (De Ligt u Danilo) hekk kif Bonucci u Chiellini huma barra mill-azzjoni b’injuries huma wkoll.

Matthew Scerri

Ramsey x’aktarx se jilħaq jirkupra għaċ-Champions League

Aaron Ramsey mistenni jkun għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo fl-okkażjoni ta’ Juventus-Ferencvaros. Hu rkupra mill-injury li kien sofra u jekk fil-jumejn li ġejjin se jkun qed jittrenja mingħajr problemi mal-bqija tat-tim, allura dan ikun ifisser li se jkun jista’ jilgħab kontra l-Ungeriżi.

Matthew Scerri

Juventus-Ferencvaros. Statistika tal-konfronti tal-passat

Din hi l-ewwel darba fl-istorja li Juventus u Ferencvaros qed jilagħbu kontra xulxin fiċ-Champions League. B’kollox, però, insibu li kien hemm tmien konfronti diretti bejn it-timijiet. Fis-Snin Tletin tas-Seklu l-ieħor Juventus u Ferencvaros iltaqgħu erba’ darbiet fit-Tazza tal-Ewropa Ċentrali. Tletin sena wara, fis-Snin Sittin, kien hemm żewġ konfronti fil-Mitropa Cup u logħba fit-Tazza tal-Fieri. Fl-4 ta’ Novembru li għadda Ferencvaros laqgħu f’darhom lil Juventus għall-ewwel darba fiċ-Champions League. Kif kulħadd jiftakar dakinar Juventus rebħu bl-iskor ta’ 1-4 bil-gowls ta’ Morata u Dybala.

Mil-lat statistiku nsibu li Juventus rebħu erbgħa mis-seba’ konfronti ma’ Ferencvaros. Apparti dawn l-erba’ rebħiet kien hemm żewġ draws u żewġ rebħiet għat-tim Ungeriż.

Matthew Scerri

Ferencvaros-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Ferencvaros-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Chiellini: “Konna tajbin”

https://www.youtube.com/watch?v=lCDDCuhFfGw