O. Lyon ħabbar li Rayan Cherki ffirma kuntratt ġdid magħhom sal-2023. Fuqu nafu li kien hemm interess qawwi min-naħa ta’ Juventus u l-klabbs il-prinċipali tal-Ewropa. Matthew Scerri
O.Lyon interessati f’Demiral
O.Lyon talbu lil Juventus jekk humiex disposti jbigħulhom lil Demiral. Ir-risposta kienet li Demiral ma jinsabx għall-bejgħ. Skont Tuttosport lanqas ma hu probabbli li jkun hemm bdil bejn Demiral u Aouar jew Cherki. Fil-fatt O.Lyon huwa klabb li mdorri jixtri talenti żgħażagħ bi prezz baxx u wara jbigħhom għal prezz ferm għola. Huma, insomma, imdorrijin jixtru u jbigħu mhux ipartu …
Il-ħolma ta’ Cherki
Rayan Cherki ta’ O.Lyon qed jattira fuq l-interess tal-klabbs il-kbar tal-Ewropa, fosthom anki Juventus. Hu għad għandu 16-il sena u diġà qed jimpressjona bit-talent kollu tiegħu. Il-plejer jidher li għandu l-ideat ċari dwar il-futur tiegħu: “Il-ħolma tiegħi hi li nilgħab fit-tim ta’ Real Madrid.” Dan qalu f’intervista lill-istazzjoni tal-klabb tiegħu. Kollox jindika li Cherki se jibqa’ sentejn oħra ma’ O.Lyon u wara …