Posts

Chiellini tkellem ma’ Agnelli dwar il-futur tiegħu

Giorgio Chiellini kellu laqgħa personali ma’ Andrea Agnelli fejn, skont La Gazzetta dello Sport, tkellmu dwar il-futur tad-difensur Taljan ma’ Juventus. Jidher li s’issa Chiellini għadu ma ħa ebda deċiżjoni dwar x’se jkun qed jagħmel fl-istaġun li ġej. Qed jissemma ħafna li hu jista’ jmur itemm il-karriera fl-MLS Amerikana. Mhux eskluż, però, li Chiellini jirtira u jibda jaħdem għal Juventus bħala diriġent.

Matthew Scerri

Chiellini: “Qatt ma tim ieħor fl-Italja jew fl-Ewropa”

Intervistat minn Sky, Giorgio Chiellini stqarr dan li ġej: “Waqt il-waqfa kien qisu t-tiġdid tal-kuntratti tiegħi u ta’ Buffon kienet problema, iżda mhuwiex hekk. Aħna la qatt konna u la qatt m’aħna se nkunu problema.” Chiellini eskluda l-possibbiltà li jmur jilgħab ma’ tim ieħor: “Bir-rispett kollu m’jien qatt se nilgħab għal tim ieħor fl-Italja jew fl-Ewropa. Hu biss fantamercato. Mhix kwistjoni attwali. Bħalissa moħħna kollha fuq Zapata, Muriel u Malinovskyi. Għandi ħafna ħsibijiet dwarhom. L-affarijiet l-oħra jiġu wara u huma ‘l bogħod ħafna minn dak li jien bħalissa kkunċentrat fuqu.”

Matthew Scerri

Chiellini r-raba’ plejer li lagħab l-aktar għal Juventus

Kontra Napoli Giorgio Chiellini lagħab il-partita numru 528 fil-karriera tiegħu bil-flokk ta’ Juventus f’partiti uffiċjali. Hu laħaq lil Furino fir-raba’ post tal-klassifika tal-plejers li lagħbu l-aktar għal Juventus f’kull żmien. It-tliet plejers  li lagħbu iktar minn Chiellini u Furino huma: Del Piero (705), Buffon (682) u Scirea (552).

Matthew Scerri

L-aġent isostni li Chiellini ma jridx jirtira għalissa

“S’issa mhemmx ħjiel li se jirtira.” L-aġent Davide Lippi kien ċar fi kliemu dwar il-futur ta’ Giorgio Chiellini. Skontu s’issa m’hemmx taħdidiet ma’ Juventus sabiex Chiellini jiffirma kuntratt ġdid mal-Bianconeri. Lippi sostna li hu diffiċli li wieħed jimmaġina lil Chiellini bi flokk ieħor, biss żied li jekk plejer professjonali jħoss li għandu jkompli jilgħab, m’għandux għalfejn ma jikkunsidrax offerti oħra.

Matthew Scerri

Chiellini lura fil-Continassa

Giorgio Chiellini, Domenico Berardi u Francesco Caputo mhux se jingħaqdu mal-bqija ta’ sħabhom tat-tim nazzjonali Taljan għall-partita t’għada kontra l-Bulgarija. Huma nbagħtu lura mal-klabbs rispettivi tagħhom. Berardi u Caputo ma jinsabux f’sikkithom u ma jistgħux jilagħbu. Chiellini jidher li m’għandu ebda injury, biss intbagħat lura bi qbil miegħu peress li ma jiflaħx għal ħafna impenji f’xulxin.

Matthew Scerri

Chiellini: “Pirlo mhuwiex il-problema”

Waqt konferenza tal-aħbarijiet mat-tim nazzjonali, Giorgio Chiellini ddefenda lil Pirlo. “Juventus għamlu inqas milli wieħed seta’ jistenna. Pirlo mhuwiex il-problema, semmai hi problema tal-grupp kollu. Mhuwiex l-agħar mument li qattajt ma’ Juventus. Naħseb li Nedved u Paratici tkellmu tajjeb dwar is-sitwazzjoni ta’ Juventus wara l-aħħar partita,” qal il-captain Juventin.

Matthew Scerri

Buffon u Chiellini se jirtiraw?

Skont La Gazzetta dello Sport Buffon u Chiellini qed jikkunsidraw li jirtiraw fi tmiem dan l-istaġun. Chiellini spiss ikun imweġġa’ u jidher li fehem li għamlu żmienu. Buffon, mill-banda l-oħra, ma tantx jidher li jixtieq jirtira biss għall-ġid ta’ Juventus lest jikkunsidra li jżarma hu wkoll.

Matthew Scerri

400 partita fis-Serie A għal Chiellini

Napoli-Juventus kienet il-partita numru 400 fis-Serie A fil-karriera ta’ Giorgio Chiellini. Hu lagħab 37 partita bil-flokk ta’ Fiorentina u 363 partita ma’ Juventus. Infakkru li l-plejer li lagħab l-aktar fl-istorja tas-Serie A hu Gigi Buffon (653 partita s’issa).

Matthew Scerri