Clemenza bejn Sassuolo u Palermo

MatthewJuve News Leave a Comment

Ftit jiem oħra u nkunu nafu preċiżament fejn se jilgħab Luca Clemenza. Sassuolo u Palermo jriduh u jinsabu f’kuntatti ma’ Juventus għalih. S’issa Palermo dejjem dehru l-favoriti li jiksbu s-servizzi tiegħu, biss Sassuolo jaf finalment jirnexxilhom jixtruh sabiex hu jkun jista’ jilgħab fis-Serie A. Matthew Scerri

Marotta u Paratici jridu jsibu tim għad-diversi talenti żgħażagħ li Juventus għandhom

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi klabbs tas-Serie A jinsabu f’kuntatti ma’ Juventus bit-tama li jirnexxilhom jiksbu xi wħud mit-talenti żgħażagħ li hemm fit-tim Juventin. Qabelxejn hemm Mandragora u Mattiello li ftit li xejn se jingħataw spazju minn Allegri u allura x’aktarx se jħallu lil Juventus. Imbagħad hemm it-talenti ta’ Juventus Primavera li jinsabu lesti għall-ewwel esperjenza ma’ tim professjonistiku. Nies bħal Kean u Clemenza …

Clemenza jittrenja f’Vinovo mal-kbar

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum f’Vinovo kien hemm jittrenja mat-tim tal-kbar ta’ Juventus anki Clemenza. Fit-tim Primavera hu mingħajr dubju wieħed mill-aktar plejers determinanti. Min jaf jekk sal-aħħar tal-istaġun inkunx nistgħu narawh xi darba jilgħab flimkien ma’ Dybala u Higuain. Matthew Scerri