Kompetizzjoni

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Mill-partita kontra Bologna il-Kumitat se jkun qiegħed iniedi kompetizzjoni bi premju kull partita. Kulmin hu membru attiv imħallas dan l-istaġun u jirnexxielu wkoll jaqta’ r-riżultat preċiż tal-partita se jkun eliġibbli għall-premju. Il-kompetizzjoni se ssir direttament fil-grupp Facebook tal-Club tagħna. Fil-probabbiltà ta’ iktar minn rebbieħ wieħed jittella’ l-isem rebbieħ bix-xorti u jiġi notifikat fi żmien qasir. Nitolbukom tfittxu l-post konċernat fil-grupp …

L-2020 kienet sena ta’ suċċess għall-website tagħna!

MatthewJuve News Leave a Comment

Tradizzjonalment fl-ewwel jum tas-sena naqsmu magħkom l-istatistika dwar kemm-il persuna tkun żaret il-website tagħna fis-sena li tkun għadha kemm intemmet. Għal darb’oħra għandna pjaċir ngħidulkom li kellna żieda fil-viewership tal-website www.juventusclubmalta.com fl-2020 meta mqabbel mal-2019.   2020 2019 Żieda Users 63,958 48,274 +32.5% Sessions 436,905 433,523 +0.8% Pageviews 733,569 727,161 +0.9% Grazzi mill-qalb talli ssegwuna daqstant numerużi. Is-suċċess ta’ dil-website …

Messaġġ ta’ Awguri mill-President

MatthewJuve News 1 Comment

Għeżież Membri, F’isem il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) u f’ismi personali nixtieq nawguralkom Milied hieni u sena 2020 mimlija risq u paċi. Jalla s-sena d-dieħla jkollna verament sena mimlija saħħa u neħilsu darba għal dejjem mill-Covid. B’xorti ħażina ilna minn Ottubru ma nistgħux niftħu l-bibien tal-premises tagħna biex nilqgħukom. In-nuqqas tagħkom inħass sew minni u mill-membri l-oħra tal-Kumitat. …

Avviż mill-Kumitat

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kumitat javża li reklamar ta’ prodotti kummerċjali mhux permessi li jsiru fil-grupp ta’ Facebook tal-Club. Avviżi bħal dawn huma strettament esklussivi għall-isponsors tal-Club biss. Kull tip ta’ reklamar ieħor jiġi mneħħi. Grazzi

Il-premises tal-Club tagħna magħluqin!

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

Nixtiequ navżaw li l-premises tal-Club tagħna se jkunu magħluqin mid-29 ta’ Ottubru ‘l quddiem. Kif kulħadd jaf daħlu fis-seħħ miżuri ġodda sabiex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 u l-Club tagħna jrid jimxi mad-direttivi tal-Gvern u tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Tifhmu li m’għandniex kontroll fuq din is-sitwazzjoni. Il-Club se jkun qed jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għalikom malli dawn il-miżuri jitneħħew. Nittamaw li għal Diċembru nkunu …