Mitt tweet f’inqas minn ġimgħa!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Ħadd li għadda tajnikom l-aħbar li l-Club tagħna fetaħ account anki fuq Twitter. Illum bi pjaċir nistgħu ngħidulkom li f’inqas minn ġimgħa diġa’ kien hemm 100 tweet minn dan l-account. Dan juri kemm il-Kumitat qed jaħdem sabiex l-account Twitter ikun attiv ferm daqs il-paġna Facebook tal-Club. Inħeġġu lil kulmin għandu account fuq Twitter sabiex jibda jsegwi lill-Club tagħna hemm ukoll. …

Rigal għall-membri kollha!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jixtieq iħabbar li kulmin hu in regola mal-ħlas ta’ sħubija għall-istaġun 2014/15, hu intitolat għal riġal. Dan jista’ jinġabar direttament mill-premises tagħna kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30 p.m. u 8.00 p.m. Is-segretarjat ikun miftuħ anki qabel il-partiti kollha ta’ Juventus. Matthew Scerri

Il-Club tagħna issa anki fuq Twitter!

MatthewJuve News Leave a Comment

Bi pjaċir kbir il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jixtieq iħabbar li għadu kif infetaħ Twitter account tal-Club tagħna. Dan hu mezz ieħor kif il-Kumitat se jkun qed iżomm kuntatt mal-membri u mas-supporters Juventini tal-gżejjer Maltin. Inħeġġukom li ssiru followers tal-Club tagħna anki fuq Twitter. Il-link hu: https://twitter.com/JCMalta1975 Joseph Fenech President

Ritratti tar-riċeviment għall-membri

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilbieraħ qabel il-partita Juventus-Napoli fil-premises tal-Club tagħna nżamm riċeviment b’xejn għall-membri kollha fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied. L-attendenza kienet waħda mill-isbaħ. Hawn taħt għandkom issibu xi ritratti tas-serata.  

Riċeviment għall-membri

MatthewJuve News Leave a Comment

Infakkru lill-Membri fir-riċeviment le se jsir nhar il-Ħadd fil-logħba kontra Napoli. Dan ir-riċeviment hu strettament għall-membri u għalhekk kulħadd huwa mitlub sabiex iġib il-membership card miegħu. Dawk li mhumiex membri iħallsu €10 dik il-ġurnata! Joseph Fenech President

Avviż importanti

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilni kwazi sena li ktibt dan l-avviż u għad hawn min ma tax kas. Xebgħu jitolbuna biljetti għal logħba kontra Borussia Dortmund u logħob ieħor. Kont għidtilkom li l-Juventus Club DOC ‘VERO AMORE’ Malta 1975 huwa club, club veru, club imexxi minn nies dedikati u maturi, club li il-biljetti lil membri jagħtihomlhom at FACEVALUE, għalhekk il-club tagħna mhuwiex biljetterija. Min …