Il-Kumitat jixtieq javża li ttellgħet il-lotterija tal-flokk tal-Istrina. Il-biljett rebbieħ, kif tistgħu taraw, hu roża numru 19. Ir-rebbieħ hu mitlub jikkuntattja lill-Kumitat. Matthew Scerri
Il-President jiltaqa’ ma’ Bonucci u Allegri
Il-President tal-Club tagħna, Joseph Fenech jinsab Turin. Hu ppremja lil Leonardo Bonucci f’isem il-Kumitat u l-membri tal-Club. Fl-istess ħin hu kellu laqgħa personali ma’ Allegri fejn uffiċjlament stiednu jżur il-Club tagħna. Il-ħidma favur il-Juventus Club Vero Amore qed tkompli għaddejja! Matthew Scerri
Waslu t-tesseri u r-rigali kollha tal-Juventus DOC
Nixtiequ ninfurmaw li waslu l-kumplament tal-cards tal-Juventus DOC. Min huwa intitolat għaliha (inkluż ovvjament ir-rigal) jista’ jiġi jiġborha mis-Segretarjat fil-ħinijet tal-ftuħ jew siegħa qabel il-logħbiet ta’ Juventus. Pierre Bonavia
40 sena ilu twaqqaf il-Juventus Club (Malta)
Illum qed niċċelebraw l-isbaħ u l-iktar anniversarju għal qalbna, dak tat-twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975). Kien proprju fit-13 ta’ April 1975 li ssejħet l-ewwel Laqgħa Ġenerali tal-Club u dakinhar kien imwaqqaf uffiċjalment il-Club tagħna. Ftit xhur qabel, preċiżament fit-8 ta’ Frar 1975, fil-gazzetta ‘Il-Ħajja’ deher avviż li permezz tiegħu l-Juventini kollha ta’ dawn il-gżejjer ġew mistiedna jingħaqdu …
Eks-plejers jibagħtu l-messaġġi tagħhom!
Il-President tal-Club tagħna, Joseph Fenech ħa ħsieb jibgħat f’isem il-membri l-awgurji fl-okkażjoni tal-festa tal-Għid lil xi eks plejers Bianconeri. Hawn taħt qed inġibulkom xhieda ta’ dan. Apparti dawn il-messaġġi, il-President irċieva anki telefonata direttament minn Luciano Moggi biex jawgura lilu u lill-membri Għid hieni u mimli paċi. Matthew Scerri
L-Għid it-Tajjeb!
Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jixtieq jawgura l-Għid it-Tajjeb lill-membri, il-barmen, l-isponsors u l-Eight Ball Federation u jirringrazzjahom tas-sapport u l-għajnuna li dejjem tagħtuh. Grazzi mill-qalb Joseph Fenech President
Il-Club tagħna jifraħ lil Liverpool Supporters Club Malta
Il-President Joseph Fenech flimkien mas-Segretarju tal-Club, Joe Shields, kienu preżenti għal ċerimonja li matulha ġie mfakkar l-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Liverpool Supporters Club f’Malta. Fir-ritratt li jidher hawn fuq hemm anki Phil Thompson u ċ-Chairman tal-Club Malti ta’ Liverpool. Matthew Scerri
Illejla l-Club miftuħ għal Italja-Ingilterra
Nixtiequ ninfurmaw lill-membri u d-dilettanti kollha tal-futbol li llejla l-Club tagħna se jkun miftuħ għall-partita Italja-Ingilterra. Id-dħul hu mingħajr ħlas. Il-bar ikun miftuħ u jisservew appetizers. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jaqbeż qabża sal-Club u jara l-partita tal-Azzurri f’atmosfera ideali għall-familja. Matthew Scerri
Serata ta’ suċċess! Grazzi mill-qalb
Is-serata tal-bieraħ kienet waħda ta’ suċċess. Ħafna minnkom attendejtu l-Club għal-Laqgħa ta’ Informazzjoni, kif ukoll għall-Pasta Night. Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li attendew u grazzi lil kulmin ta sehmu biex is-serata seta’ jkollha dan is-suċċess. Joseph Fenech President
Illejla l-Laqgħa ta’ Informazzjoni
Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jistiednu lill-membri u lis-supporters Juventini sabiex jattendu għat-tieni Laqgħa ta’ Informazzjoni li se tiġi organizzata f’dan l-istaġun. Il-Kumitat jemmen ħafna li intom il-membri għandu jkollkom l-opportunità li tressqu l-ilmenti tagħkom, tipproponu bidliet marbutin mal-Club, kif ukoll tagħtu l-feedback tagħkom dwar dak kollu li jkun qed iseħħ. Il-Laqgħa ta’ Informazzjoni …