Coman. Żvelati fatti ġodda

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ‘Calciomercato.com’ żvela diversi affarijiet dwar Kingsley Coman. Qabelxejn huma qed isostnu li sentejn ilu Marotta u Paratici kienu lesti jirrifjutaw l-offerta ta’ Bayern Munich u jżommuh magħhom. Madankollu Coman innifsu talab li jitlaq peress li ma kienx qed iħossu komdu fit-tim ta’ Allegri. Apparti dan kollu, jirriżulta li minħabba Coman tilfu lil Jonathan Ikoné. Hu, fil-fatt, seta’ ġie b’xejn …

Il-punt dwar il-bejgħ ta’ Coman

MatthewJuve News Leave a Comment

Bayern Munich għandhom dritt sal-Ħadd 30 ta’ April 2017 sabiex jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jixtru lil Kinsgley Coman għal 21 miljun Ewro. Ancelotti u Rummenigge kemm-il darba stqarrew li Bayern iridu jżommu lil Coman. Madankollu s’issa ma kien għad hemm l-ebda kuntatt uffiċjali ma’ Juventus f’dan ir-rigward. Mhux eskluż għaldaqstant li Bayern jagħżlu finalment li ma jżommuhx. Jekk dan verament …

Offerti kbar mill-Ingilterra għal Coman

MatthewJuve News Leave a Comment

Hekk kif Bayern Munich għadhom qed itellgħu u jniżżlu għandhomx jixtru għal kollox lil Kingsley Coman, minn Franza qed tasal l-aħbar li żewġ klabbs tal-Premier League lesti joffru somom kbar għall-akkwist tiegħu. Fil-fatt ‘Telefoot’ qed isostni li Manchester City lesti joffru 50 miljun għalih, filwaqt li Chelsea lesti jaslu sa 60 miljun. Matthew Scerri

Rummenigge: “Probabilment Bayern se jixtru lil Coman”

MatthewJuve News Leave a Comment

Sa l-aħħar ta’ April Bayern Munich iridu jinfurmaw lil Juventus jekk humiex se jagħmlu użu mid-dritt tagħhom li jixtru għal kollox lil Kingsley Coman. Rummenigge tkellem mal-media dwar dan. Hu sostna li “probabilment Bayern se jixtru għal kollox lil Coman.” Fi kliemu, Coman kellu xi problemi wara l-Euro2016, biss dan l-aħħar qed jerġa’ jkun tajjeb. Matthew Scerri

Bayern x’aktarx jixtru lil Coman għal kollox

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘Bild’ Karl-Heinz Rummenigge stqarr li Bayern Munich se jieħdu l-ħin biex sa April jiddeċiedu jixtrux għal kollox lil Coman. L-idea tagħhom bħalissa hi li jixtruh. Minn kliemu joħroġ ċar li huma jemmnu fih, biss għandhom mhumiex konvinti mija fil-mija mill-investiment. Matthew Scerri