Misteru sħiħ dwar l-eredi ta’ Allegri ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli tibqa’ mċajpra l-istampa għalina s-supporters dwar min se jieħu post Allegri bħala kowċ ta’ Juventus. Ovvjament Agnelli-Nedved-Paratici jafu sew x’qed jagħmel u għandhom idea ċara dwar min se jieħu post Allegri. Huma qed ikunu bravi ferm biex iżommu l-misteru. L-ismijiet nafuhom sew: Conte, Sarri, Mihajlovic u Inzaghi mill-‘Italja’, Mourinho, Pochettino u Guardiola minn barra l-Italja. Deschamps bħalissa jidher maqtugħ …

Juventus mistennija jibdlu lil Allegri. Conte minfloku?

MatthewJuve News Leave a Comment

Tard ilbieraħ filgħaxija Andrea Agnelli kellu laqgħa ma’ Nedved u Paratici. Bosta siti qed isostnu li waqt din il-laqgħa Nedved u Paratici kkonvinċew lil Agnelli biex jibdel lil Allegri għas-sena d-dieħla. Jirriżulta anki li l-kowċ il-ġdid ta’ Juventus se jkun Antonio Conte. Din l-aħbar, però, ġiet miċħuda minn Sky tard bil-lejl, fejn anzi huma sostnew li Conte sejjer ma’ Inter. …

Kuntatt bejn Agnelli u Conte

MatthewJuve News 1 Comment

Sky Sports Uk qed jirrapurtaw li Andrea Agnelli għamel kuntatt ma’ Antonio Conte u talbu jagħtih id-disponibbiltà tiegħu fl-eventwalità li Juventus jagħżlu li jibdlu lil Allegri. Jidher li l-kliem ta’ Agnelli wara l-partita ma twemminx u huma bosta dawk li qed ibassru li Juventus se jkun kowċ ġdid fl-istaġun li jmiss. Matthew Scerri

Paratici: “L-akkwist ta’ Ronaldu hu wieħed storiku”

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici kien wieħed mill-kelliema llum fid-Dubai International Sports Conference. Hu tkellem dwar diversi argumenti. Qabelxejn spjega li l-akkwist ta’ Ronaldo għalih hu wieħed storiku. Sostna li għall-ewwel ħseb li Mendes kien qed jiċċajta meta qallu li Ronaldo ried jingħaqad ma’ Juventus. Imbagħad tkellem ma’ Andrea Agnelli li ħa biss ftit sigħat biex jawtorizzah ikompli n-negozjati ma’ Mendes. Paratici tkellem …

Sarri daqt jinħatar kowċ ta’ Chelsea. Rugani u Higuain viċin li jitilqu lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Chelsea uffiċjalment neħħew lil Antonio Conte minn kowċ tat-tim tagħhom. Issa jonqos biss li De Laurentis jawtorizza lil Sarri biex ikun jista’ jiffirma magħhom. Malli Sarri jkun kowċ ta’ Chelsea hu mistenni li l-klabb Ingliż jiffirma mill-ewwel lil Higuain u Rugani. Komplessivament Juventus se jdaħħlu 100 miljun minn dawn it-trasferimenti. Matthew Scerri

Conte jew Mancini għat-tim nazzjonali Taljan?

MatthewJuve News Leave a Comment

Issa li l-FIGC tinsab f’idejn Fabbricini u t-tim tiegħu, jiġifieri finalment hemm amministrazzjoni wara r-riżenja ta’ Tavecchio, l-attenzjoni qed iddur issa fuq il-ħatra tal-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali. Jidher li dan se jkun ix-xogħol ta’ Alessandro Costacurta, wieħed miż-żewġ Viċi-Kummissarji tal-federazzjoni. Hu se jkun qed jiltaqa’ mal-kowċis u finalment jagħżel lil dik il-persuna li l-aktar tidhirlu kapaċi tmexxi lill-Azzurri. S’issa l-aktar …

Conte: “Allegri minfloki? Kollox possibbli”

MatthewJuve News Leave a Comment

Mistoqsi llum dwar l-għidut li jrid lil Allegri jew Luis Enrique minfloku s-sena d-dieħla, Conte wieġeb: “Kollox hu possibbli. Fadalli sentejn kuntratt, biss nafu li fil-futbol kollox jista’ jiġri.” Din kienet it-tweġiba ta’ Conte li, jekk xejn xejn ikkonferma li verament hemm ċans li jitlaq lil Chelsea. Matthew Scerri

Conte: “Qatt ma kkuntentawni”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Ma nisparax għoli fit-talbiet tiegħu. L-istorja tiegħi turi li diffiċilment ġejt akkuntentat. Wasalt dejjem f’mument ta’ karistija ekonomika. Nipprova nagħmel xogħli bl-aħjar mod, il-klabb se jagħmel il-parti tiegħu. Jekk jasal xi ħadd tajjeb, inkellna nibqgħu kif aħna.” Hekk tkellem Antonio Conte  wara l-partita kontra Arsenal. Ovvjament kien qed jitkellem dwar il-calciomercato. Din id-dikjarazzjoni qed tinqara bħala botta mhux biss fil-konfront …